Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1019/2012 tas-6 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1096/2009 fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għall-papri (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/1019@2012-11-06/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) L-enżima endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 109.713), li tagħmel parti mill-kategorija ta’ addittivi żootekniċi, kienet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq it-tiġieġ tas-simna u l-papri bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 u għall-użu fuq id-dundjani tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007.
(2) Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jsir tibdil fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-enżima kkonċernata billi jitnaqqas il-kontenut minimu minn 560 TXU/kg għal 280 TXU/kg fir-rigward tal-użu fuq tiġieġ tas-simna u papri. L-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta ta’ sostenn rilevanti.
(3) Fl-opinjoni tagħha tat-2 ta’ Frar 2012 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem l-Awtorità) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet il-ġodda għall-użu li ġew proposti, l-enżima kkonċernata hija effikaċi fid-doża minima mitluba ta’ 280 TXU/kg. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq.
(4) Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kienu ssodisfatti.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(6) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1096/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1096/2009 qed jinbidel b’dan li ġej:
ANNESS 1.2.3.
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni Addittiv Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku Speċi jew kategorija ta’ annimali Età massima Kontenut minimu Kontenut massimu Dispożizzjonijet oħra Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità. 4a62 BASF SE Endo-1,4-beta ksilanażi EC 3.2.1.8 Tiġieġ tas-simna — 280 TXU — Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun, u l-istabbiltà għall-pelleting. Doża massima rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ għat-tiġieġ tas-simna u l-papri: 800 TXU Għall-użu fl-għalf li fih ħafna lamtu u polisakkardi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glukani u arabinoksilani). 7.12.2019 Papri 280 TXU
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) li għandha attività minima ta’:
Għamla solida: 5600 TXU/g
Għamla likwida: 5600 TXU/ml
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713)
Metodu analitiku Metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta’ viskożità riżultat tal-azzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi fuq is-subsrat li jkun fih il-ksilan (arabinoksilan tal-qamħ) b’pH ta’ 3,5 u 55 °C