Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2012 tat-23 ta’ Novembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/1111@2012-11-23/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.
(3) Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.
(4) Hu f’loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità.
(5) Il-miżuri prevvisti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2 Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Algirdas Šemeta Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Oġġett fil-forma ta’ disa’ stikkers stampati maqtugħin mill-kartonċina, li juru insetti varji u kreaturi żgħar oħra u ddekorati minn ħaġar artifiċjali u glitter, fuq folja tal-plastik ta’ daqs ta’ madwar 30 × 30 cm Kull stikker hija mgħammra minn strippa li twaħħal u tista’ titwaħħal fuq wiċċ magħżul. Huwa sussegwentament possibbli li l-istikkers ikunu mċaqalqa għal wiċċ ieħor. L-istikkers, huma użati bħala dekorazzjoni. Ara l-istampa. 49119100 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 12 b) tal-Kapitolu 48 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 4911 u 49119100. Skont in-Nota 12 tal-Kapitolu 48, il-kartonċina stampata b’disinji, karattru jew stampi fejn dawn mhumiex inċidentali għall-użu primarju tal-oġġetti, jaqgħu taħt il-Kapitolu 49. L-oġġett huwa esklussivaent xi ħaġa stampata li tirrappreżenta stampi, u li hu użat għall-skopijiet ta’ dekorazzjoni. Għaldaqstant klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4823 bħala kartonċina oħra hija eskluża. Stikkers stampati li jeħlu minnhom stess imfassla biex ikunu użati bħala dekorazzjoni huma koperti mill-intestatura 4911 (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-SA għall-intestatura 4911, punt (10)). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 49119100 bħala stampi stampati oħrajn.