Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1112/2012 tat-23 ta’ Novembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2012-11-23from 2012-12-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/1112@2012-11-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u speċjalment Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3) Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’din it-tabella.

(4) Hu f’loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2 Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Algirdas Šemeta Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Kejbil iżolat (hekk imsejjaħ kejbil tal-USB) b’tul ta’ 1 m li jikkonsisti minn wajers iżolati mibruma u mgħammar b’konnetturi USB fiż-żewġt itruf. Bil-kejbil tista’ tiġi trasferita dejta bejn żewġ tipi differenti ta’ tagħmir. Huwa wkoll possibbli permezz tal-kejbil il-forniment ta’ elettriku għal dak it-tagħmir jew biex ikunu iċċarġjati. 85444290 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8544, 854442 u 85444290. It-trasferiment tad-dejta bejn żewġ tgħamir fejn ma hi użata l-ebda teknoloġija ta’ telekomunikazzjoni, bħall-Ethernet, mhix ikkunsidrata telekomunikazzjoni għall-iskop tas-subintestatura 85444210. Konsegwentament, il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 85444210 bħala kejbil mgħammar b’konnetturi tat-tip użat għat-telekomunikazzjoni huwa eskluż (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-SA għas-subintestatura 85444210). Il-kejbil għandu għalhekk ikun klassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 85444290 bħala konduttur tal-elettriku ieħor għall-vultaġġ li ma jeċċedix 1000 V mgħammar bil-konnetturi.

Versions

  1. 2012-11-23