Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1181/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2012 f’ċerti reġjuni tat-tkabbir tad-dwieli

In forceVersion 2012-12-10from 2012-12-14
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/1181@2012-12-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 121 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Punt A.3 tal-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limiti ta’ żieda tas-saħħa alkoħolika (arrikkiment) ta’ nbid bil-volum jiżdiedu b’sa 0,5 % fis-snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment ħżiena.

(2) Id-Danimarka, l-Isvezja u r-Renju Unit talbu dawn iż-żidiet tal-limiti ta’ arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2012, minħabba li l-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir kienu eċċezzjonalment ħżiena f’ċerti reġjuni ġeografiċi.

(3) Minħabba l-kundizzjonijiet eċċezzjonalment ħżiena tat-temp fl-2012, il-limiti fuq iż-żidiet tas-saħħa alkoħolika naturali stabbiliti fil-punt A.2 tal-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma jippermettux il-produzzjoni ta’ inbid b’total ta’ saħħa alkoħolika xierqa f’ċerti reġjuni li jkabbru d-dwieli u li għalih normalment ikun hemm domanda fis-suq.

(4) Huwa għalhekk xieraq li tiġi awtorizzata żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2012 fid-Danimarka, fl-Isvezja u fir-Renju Unit.

(5) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fir-reġjuni ġeografiċi msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’deroga mill-punt A.2 tal-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iż-żieda bil-volum fis-saħħa alkoħolika naturali ta’ għeneb frisk maħsud fis-sena 2012, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, inbid ġdid li jkun għadu fil-proċess ta’ fermentazzjoni u nbid li ġie prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2012, ma għandhomx jaqbżu 3,5 % vol.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS Reġjuni ġeografiċi fejn żieda fil-limitu ta’ arrikkiment hi awtorizzata skont l-Artikolu 1

Stat Membru Reġjuni ġeografiċi Id-Danimarka Ir-reġjuni kollha tal-vitikultura L-Isvezja Ir-reġjuni kollha tal-vitikultura Ir-Renju Unit Ir-reġjuni kollha tal-vitikultura

Versions

  1. 2012-12-10