Gelex

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK tas-27 ta’ Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

In forceVersion 2012-02-27
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/124@2012-02-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(2) L-informazzjoni marbuta ma' persuna waħda fuq il-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha tiġi aġġornata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2012. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton

ANNEX

ANNESS

L-entrata għal Cephas George Msipa għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tidher hawn taħt: Isem (u psewdonomi) Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet għall-indikazzjoni 60. Msipa, Cephas George Ex-Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931. Passaport ZD001500 I.D. 63-358147A67 Ex-Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni ZANU-PF tal-Gvern.

Versions

  1. 2012-02-27