Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/1264@2012-12-21/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
(1) Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.
(2) Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran, u f'konformità mad-Deċiżjoni 2012/829/PESK, għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet addizzjonali fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.
(3) Barra minn hekk, ċerti entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, filwaqt li l-entrati għal ċerti entitajiet għandhom jiġu emendati.
(4) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012. Għall-Kunsill Il-President A. D. Mavroyiannis
ANNEX
ANNESS I.II. B.III.
Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. L-entrati għall-entitajiet li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt. Entitajiet Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Technology Cooperation Office (TCO) tal-Uffiċċju tal-President Iranjan (magħruf ukoll bħala Center for Innovation and Technology (CITC)) Tehran, Iran Responsabbli għall-avvanz teknoloġiku tal-Iran permezz ta' prokurament barrani u rabtiet ta' taħriġ rilevanti. Jappoġġa l-programmi nukleari u tal-missili. 26.07.2010 2. Sureh (magħrufa ukoll bħala Soreh) Nuclear Reactors Fuel Company (magħrufa ukoll bħala Nuclear Fuel Reactor Company; Sookht Atomi Reactorhaye Iran; Soukht Atomi Reactorha-ye Iran) Kwartieri Ġenerali: 61 Shahid Abtahi St, Karegar e Shomali, Tehran Kumpless: Persian Gulf Boulevard, Km20 SW Esfahan Road, Esfahan Kumpannija subordinata għal Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI) sanzjonata min-NU, li tikkonsisti fil-Faċilità għall-Konverżjoni tal-Uranju, l-Impjant għall-Manifattura tal-Karburant u l-Impjant għall-Produzzjoni taż-Żirkonju. 23.05.2011 3. Tidewater (magħrufa wkoll bħala Tidewater Middle East Co; Faraz Royal Qeshm Company LLC) Indirizz postali: No. 80, Tidewater Building, Vozara Street, Ħdejn Saie Park, Tehran, Iran Proprjetà ta' jew ikkontrollata mill-IRGC 23.01.2012 L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.
ANNESS I. I. Persuna Entitajiet
Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Babak Zanjani Data tat-twelid: 12 ta' Marzu 1971 Petro Suisse qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. Zanjani huwa faċilitatur ewlieni għan-negozju Iranjan taż-żejt u t-trasferiment ta' flus relatati maż-żejt. Zanjani huwa s-sida ta' u jopera l-Grupp Sorinet ibbażat fl-Emirati Għarab Magħquda, u xi wħud mill-kumpanniji tiegħu jintużaw minn Zanjani biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet relatati maż-żejt. 22.12.2012 Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. National Iranian Oil Prodcuts distribution Company (NIOPDC) No.1, Tehran, Iranshahr Ave.Shadab.St, P.O.Box: 79145/3184 Tel: +98-21-77606030 Sit Web: www.niopdc.ir Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC) 22.12.2012 2. Iranian Oil Pipelines and Telecommunications Company (IOPTC) No.194, Tehran, Sepahbod Gharani Ave. Tel: +98-21-88801960/+98-21-66152223 Fax: +98-21-66154351 Sit Web: www.ioptc.com Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC) 22.12.2012 3. National Iranian Oil Engineering and Construction Company (NIOEC) No.263, Tehran, Ostad Nejatollahi Ave. P.O.Box: 11365/6714 Tel: +98-21-88907472 Fax: +98-21-88907472 Sit Web: www.nioec.org Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC) 22.12.2012 4. Iran Composites Institute Iran Composites Institute Iranian University of Science and Technology, 16845-188, Tehran, Iran, Telephone: 98 217 3912858 Fax: 98 217 7491206 Posta elettronika: ici@iust.ac.ir Sit Web: http://www.irancomposites.org Iranian Composites Institute (ICI, magħruf ukoll bħala Composite Institute of Iran) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet ta' sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed jappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Mill-2011, ICI kellu kuntratt biex jipprovdi lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE, bi skrejjen ta' ċentrifuġu IR-2M. 22.12.2012 5. Jelvesazan Company 22 Bahman St., Bozorgmehr Ave, 84155666, Esfahan, Iran Tel: 98 0311 2658311 15 Fax: 98 0311 2679097 Jelvesazan Company qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn kmieni fl-2012, Jelvesazan kellu l-intenzjoni jforni pompi li joħolqu vakwu lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE. 22.12.2012 6. Iran Aluminium Company Arak Road Km 5, Tehran Road, 38189-8116, Arak, Iran Tel: 98 861 4130430 Fax: 98 861 413023 Sit Web: www.iralco.net Iran Aluminium Company (magħrufa wkoll bħala IRALCO, Iranian Aluminium Company) qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet ta' sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Min-nofs l-2012, IRALCO kellha kuntratt biex tforni aluminju lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE. 22.12.2012 7. Simatec Development Company Simatec Development qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn kmieni fl-2010, Simatec kellha kuntratt ma' Kalay magħżula min-NU, biex takkwista invertituri Vacon biex jitħaddmu ċentrifugi tal-arrikkiment tal-uranju. Min-nofs l-2012, Simatec kienet qed tipprova takkwista inverituri kkontrollati mill-UE. 22.12.2012 8. Aluminat Aluminat qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Kmieni fl-2012, Aluminat kellha kuntratt biex tforni aluminju 6061-T6 lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE. 22.12.2012 9. Organisation of Defensive Innovation and Research L-Organisation of Defensive Innovation and research (SPND) qed tgħin lil persuni u entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar dimensjonijiet militari possibbli (PMD) tal-programm nukleari tal-Iran li l-Iran ikompli jirrifjuta li jikkoopera dwaru. SPND hija mmexxija minn Mohsen Fakhrizadeh, magħżul min-NU, u hija parti mill-Ministeru tad-Difiża għal-Loġistika tal-Forzi Armati(MODAFL, magħżul mill-UE f'Mejju 2011). Davoud Babaei ntgħażel mill-UE f'Diċembru 2011 fir-rwol tiegħu bħala kap tas-sigurtà ta' SPND, fejn huwa responsabbli għhall-prevenzjoni tal-iżzvelar ta' informazzjoni inklużz lill-IAEA. 22.12.2012 10. First Islamic Investment Bank Fergħa: 19A-31-3A, Level 31 Business Suite, Wisma UOA, Jalan Pinang 50450, Kuala Lumpur; Kuala Lumpur; Wilayah Persekutuan; 50450 Tel: 603-21620361/2/3/4, +6087417049/ 417050, +622157948110 Fergħa: Unit 13 (C), Main Office Tower, Financial Park Labuan Complex, Jalan Merdeka, 87000 Federal Territory of Labuan, Malasja; Labuan F.T; 87000 Labuan F.T; 87000 Relazzjonijiet tal-Investituri: Menara Prima 17th floor Jalan Lingkar, Mega Kuningan Blok 6.2 Jakarta 12950 – Indonesia; South Jakarta; Jakarta; 12950 First Islamic Investment Bank (FIIB) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. FIIB huwa parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxi minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. 22.12.2012 11. International Safe Oil International Safe Oil (ISO) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. ISO hija parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxija minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. 22.12.2012 12. Sorinet Commercial Trust SCT Bankers Company Fergħa: No.1808, 18th Floor, Grosvenor House Commercial Tower, Sheik Zayed Road, Dubai, UAE, P.O.Box 31988 Tel: 0097 14 3257022-99 Posta elettronika: INFO@SCTBankers.com Kodiċi SWIFT ta' Dubai: SCTSAEA1 Fergħa: No.301, 3rd Floor Sadaf Building Kish Island, Iran, P.O.Box 1618 Tel: +98 764 444 32 341-2 Fax: +98 764 444 50 390-1 Sorinet Commercial Trust (SCT) qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. SCT hija parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxija minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. 22.12.2012 13. Hong Kong Intertrade Company Ltd Hong Kong Intertrade Company, Hong Kong Hong Kong Intertrade Compa HKICO hija kumpannija ta' kopertura kkontrollata minn National Iranian Oil Company (NI F'nofs l-2012, kien skedat li HCICO tirċievi miljuni ta'dollari minn bejgħ ta' żejt minn NIOC. 22.12.2012 14. Petro Suisse Petro Suisse Avenue De la Tour-Halimand 6, 1009 Pully, Svizzera Petro Suisse qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. Hija kumpannija ta' kopertura kkontrollata minn NIOC, magħżula mill-UE. Petro Suisse kompliet tkun f'kuntatt ma' NIOC fl-2012. 22.12.2012 15. Oil Industry Pension Fund Investment Company No 234, Taleghani St, Tehran Iran Iran's Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC, magħrufa wkoll bħala Oil Pension Fund, NIOC Pension Fund, Petroleum Ministry Pension Fund) qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. OPIC topera taħt il-Ministeru Iranjan tal-Petrol and the National Iranian Oil Company (NIOC), li t-tnejn Hija għandha ishma f'numru ta' entitajiet magħżula mill-UE. 22.12.2012 16. CF Sharp and Company Private Limited Din l-entità appoġġat lil Irano-Hind Shipping Company (IHSC) (indikata min-Nazzjonijiet Uniti fid-9 ta' Ġunju 2010) biex tevita s-sanzjonijiet adottati fir-rigward tagħha. Wara li ġiet indikata, l-IHSC pprovat taħbi li għandha tliet tankers, billi fdat il-ġestjoni lil Noah Ship Management, imbagħad lil Marian Ship Management CF Sharp and Co ipparteċipat fl-isforzi tagħha billi kkonkludiet kuntratt tal-ġestjoni tal-persunal mal- IHSC għall-ekwipaġġ ta' dawn it-tliet tankers. Dan il-kuntratt ġie implimentat minn Noah Ship Management u Marian Ship Management. 22.12.2012 17. Sharif University of Technology Azadi Ave, 11365-8639, Tehran, Iran Tel: 98 21 66022727 Fax: 98 21 66036005 Sit Web: www.sharif.ir Sharif University of Technology (SUT) qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tagħhti appoġġ lil attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn tard fl-2011, SUTipprovdiet laboratorji biex jintużaw minn entità nukleari Iranjana magħhżzula min-NU Kalaye Electric Company (KEC) u Iran Centrifuge Technology Company (TESA), indikata mill-UE] 22.12.2012 18. Moallem Insurance Company (magħrufa wkoll bħala: Moallem Insurance; Moallem Insurance Co.; M.I.C; Export and Investment Insurance Co.) No. 56, Haghani Boulevard, Vanak Square, Tehran 1517973511, Iran PO Box 19395-6314, 11/1 Sharif Ave, Vanaq Square, Tehran 19699, Iran Tel: (98-21) 886776789, 887950512, 887791835 Fax: (98-21) 88771245 Sit Web: www.mic-ir.com Assiguratur prinċipali ta' IRISL 22.12.2012
1. Parcham St, 13th Km of Qom Rd 38135 Arak (Fabbrika)
2. Unit 38, 5th Fl, Bldg No 60, Golfam St, Jordan, 19395-5716, Tehran Tel: 98 212 2049216 / 22049928 / 22045237 Fax: 98 21 22057127 Sit Web: www.aluminat.com
ANNESS I.II. B.III.
1. CF Sharp Shipping Agencies Pte Ltd
2. Soreh (Nuclear Fuel Reactor Company)