Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1267/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/1267@2012-12-21/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 10011900, 10011100, ex10019120 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex10019900 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 10021000, 10029000, 10051090, 10059000, 10071090 u 10079000, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.
(2) L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.
(3) Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 10011900, 10011100, ex10019120 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex10019900 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 10021000, 10029000, 10051090, 10059000, 10071090 u 10079000, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.
(4) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.
(5) Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Mill-1 ta’ Jannar 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS I Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013
Kodiċi NM Isem tal-merkanzija Dazju għall-importazzjoni (EUR/t) 10011900 10011100 QAMĦ durum ta' kwalità għolja 0,00 ta' kwalità medja 0,00 ta' kwalità baxxa 0,00 ex10019120 QAMĦ komuni, għaż-żrigħ 0,00 ex10019900 QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ 0,00 10021000 10029000 SEGALA 0,00 10051090 QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi 0,00 10059000 QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ 0,00 10071090 10079000 SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ 0,00
ANNESS II Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I (1)(2) 14.12.2012-20.12.2012
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010: (EUR/t) Qamħ komuni Qamħirrum Qamħ durum kwalità għolja Qamħ durum, ta’ kwalità medja Qamħ durum ta’ kwalità baxxa Borża Minnéapolis Chicago — — — Kwotazzjoni 263,55 213,34 — — — Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika — — 259,19 249,19 229,19 Primjum tal-Golf — 18,17 — — — Primjum tal-Għadajjar il-Kbar 25,89 — — — — Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010: Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam: 14,52 EUR/t Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam: 46,05 EUR/t