Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/149/PESK tat-13 ta' Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

In forceVersion 2012-03-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/149@2012-03-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea.

(2) Fis-27 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/706/PESK, li estendiet il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK sas-27 ta' Ottubru 2012.

(3) Jeħtieġ li l-miżuri dwar tagħmir militari previsti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK jiġu emendati.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK għandha b'dan tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 2(1) tad-Deċizjoni 2010/638/PESK, il-punti (d) u (e) huma sostitwiti u jiżdied punt ġdid skont dan li ġej:

Artikolu 1

(d) ritornar ta’ ħelikopteri tat-trasport mhux tal-ġlied, imneżża minn apparat militari, għall-użu tal-awtoritajiet tal-Ginea biss, sakemm il-gvern tar-Repubblika tal-Ginea jkun ta impenn bil-miktub minn qabel li l-użu tagħhom ser jibqa' taħt il-kontroll ċivili u li huma mhux ser ikunu mgħammra b'tagħmir militari;

(e) il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti msemmija minn (a) sa (d) jew ma' programmi u operazzjonijiet imsemmija f'(a);

(f) il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija minn (a) sa (d) jew ma’ programmi u operazzjonijiet imsemmija f'(a);.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012. Għall-Kunsill Il-President M. Vestager

Versions

  1. 2012-03-13