Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 155/2012 tal-21 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/155@2012-02-21/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 620/2011 żewġ subintestaturi ġodda, 85287115 u 85287191, ġew introdotti fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. It-tnejn li huma jkopru apparat b’tagħmir ibbażat fuq mikroproċessur li jinkorpora modem għad-dħul fl-Internet, u li għandu funzjoni għall-iskambju interattiv tal-informazzjoni, li kapaċi jirċievi sinjali tat-televiżjoni li huma msejħa kaxxi ta’ fuq is-sett li għandhom funzjoni ta’ komunikazzjoni. Skont il-kliem tas-subintestaturi l-apparat jinkludi apparat li jinkorpora tagħmir li għandu l-funzjoni li jirrekordja jew jirriproduċi, sakemm iżomm il-karattru essenzjali ta’ kaxxa ta’ fuq is-sett li għandha l-funzjoni ta’ komunikazzjoni.
(2) Fl-interess taċ-ċertezza legali huwa neċessarju li jiġi ċċarat l-ambitu ta’ dawn is-subintestaturi ġodda fir-rigward tat-termini modem u skambju interattiv tal-informazzjoni. Nota ġdida addizzjonali għalhekk għandha tiġi mdaħħla fil-Kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda biex tiġi żgurata interpretazzjoni uniformi ta’ dawn is-subintestaturi fit-territorju kollu tal-Unjoni.
(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(4) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 13. Fil-Kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, in-Nota 3 Addizzjonali li ġejja hija mdaħħla: Għall-għanijiet tas-subintestaturi 85287115 u 85287191 biss, it-terminu modem ikopri tagħmir jew apparat li jimmodula u jiddemodula s-sinjali deħlin u ħerġin, bħal V.90- modems jew modems tal-kejbil, u apparat ieħor li jutilizza t-teknoloġiji simili sabiex jinkiseb aċċess għall-Internet, bħad-WLAN, l-ISDN u l-Ethernet. Il-limitu ta’ aċċess għall-Internet jista’ jkun limitat mill-fornitur tas-servizz. L-apparat taħt dawn is-subintestaturi għandu jippermetti proċess ta’ komunikazzjoni bejn żewġ naħat, jew fluss ta’ informazzjoni bejn żewġ naħat bl-iskop li jiġi pprovdut skambju interattiv tal-informazzjoni.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2012. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Algirdas Šemeta Membru tal-Kummissjoni