Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2012-03-06from 2012-03-30
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/206@2012-03-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Suġġett u ambitu
  3. 2.
  4. Artikolu 2 Definizzjonijiet
  5. Artikolu 3 Rekwiżiti tal-ekodiżinn u skeda ta’ żmien
  6. 2.
  7. pt_2 a)
  8. pt_3 a)
  9. Artikolu 4 Evalwazzjoni tal-konformità
  10. Artikolu 5 Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
  11. Artikolu 6 Punti ta’ riferiment
  12. Artikolu 7 Reviżjoni
  13. Artikolu 8 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
  14. ANNEX
  15. ANNESS I Rekwiżiti tal-ekodisinn
  16. 1
  17. 2. a. Tabella 1 Tabella 2 Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima Rekwiżiti għall-konsum massimu tal-elettriku fil-modalità mitfija u l-modalità standby għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali
  18. Tabella 3 Rekwiżiti għall-livell massimu tal-qawwa akustika
  19. 3.
  20. i)
  21. ii)
  22. ANNESS II
  23. Kejl u kalkoli 1.2.3.4.5.6. Tabella 1 Tabella 2 Tabella 3 Tabella 4 Meded ta’ temperatura staġonali għat-tkessiħ u t-tisħin (j = indiċi tal-medda, Tj = temperatura ta’ barra, hj = sigħat fis-sena għal kull medda) fejn db = tempertura b’termometru niexef. Kundizzjonijiet nominali standard, temperaturi f’temperaturi tal-arja b’ termometru niexef (b’ termometru umdu indikati fil-parenteżi) Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn, temperaturi f’temperaturi tal-arji b’ termometru niexef (b’ termometru umdu indikati fil-parenteżi) Sigħat operattivi skont it-tip ta’ apparat skont il-modalità funzjonali li għandha tintuża għall-kalkolu tal-konsum tal-elettriku
  24. a)
  25. b)
  26. c)
  27. d)
  28. e)
  29. f)
  30. ANNESS III Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq 1.2.3.4.5.
  31. ANNESS IV Punti ta’ riferiment għall-kundizzjonaturi tal-arja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, u b’mod partikolari l-Artikoluo15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1) Skont id-Direttiva 2009/125/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2) Il-punt (a) tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżuri implimentattivi li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal prodotti għat-tisħin, il-ventilazzjoni u l-ikkundizzjonar tal-arja.

(3) Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li stħarreġ l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-fannijiet għall-użu personali tipikament użati fid-djar u fi stabbilimenti kummerċjali żgħar. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4) L-aspetti ambjentali ewlenin tal-prodotti koperti, identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-livell tal-qawwa akustika. L-istudju ta’ tħejjija identifika wkoll it-tnixxija possibbli ta’ sustanzi refriġeranti bħala aspett ambjentali sinfikattiv fil-forma ta’ emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra, li jgħoddu bħala medja għal 10-20 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti flimkien ta’ gassijiet serra.

(5) Kif muri fl-istudju ta’ tħejjija u kkonfermat waqt il-valutazzjoni tal-impatt, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-fannijiet għall-użu personali. Madankollu, sabiex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu pprovduti b’informazzjoni importanti u sabiex ikun hemm monitoraġġ effiċjenti tas-suq għall-għanijiet tal-iffissar ta’ rekwiżiti minimi tal-użu effiċjenti tal-enerġija għall-ġejjieni, ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodotti għall-fannijiet għall-użu personali se jiżguraw li l-effiċjenza tal-apparat u l-metodu tal-kejl użati jkunu viżibbli sew fuq il-prodott. Barra minn hekk, jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby għall-fannijiet għall-użu personali.

(6) Il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-regolament ġie stmat li kien 30 TWh fl-UE fl-2005. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-elettriku mistenni li sal-2020 jiżdied għal 74 TWh. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti.

(7) Skont l-istudju ta’ tħejjija, ir-rekwiżiti għal parametri oħrajn tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa, peress li l-konsum tal-elettriku u l-livell tal-qawwa akustika tal-kundizzjonaturi tal-arja fil-fażi tal-użu huma l-aktar aspetti ambjentali sinfikanti.

(8) Billi r-refriġeranti huma indirizzati mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati, m’hemm l-ebda rekwiżit speċifiku dwar ir-refriġeranti f’dan ir-Regolament. Madankollu, qed jiġi propost bonus skont ir-rekwiżiti tal-ekodisinn sabiex is-suq jitmexxa lejn l-użu ta’ refriġeranti b’impatt ta’ ħsara mnaqqas fuq l-ambjent. Dan il-bonus se jwassal għal rekwiżiti minimi ta’ effiċjenza enerġetika aktar baxxi għall-apparat li juża refriġeranti b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali (GWP).

(9) Il-kundizzjonaturi tal-arja jistgħu jkunu parti minn sistemi installati f’bini. Leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun ibbażata fuq, inter alia, id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, tista’ tistabbilixxi rekwiżiti ġodda aktar stretti għal dawk is-sistemi ta’ kundizzjonar tal-arja, billi, fir-rigward tal-effiċjenza tal-kundizzjonatur tal-arja jintużaw il-metodi ta’ kalkolu u kejl definiti f’dan ir-regolament.

(10) Il-modalitajiet standby u mitfija jistgħu jkunu responsabbli għal parti importanti mill-konsum tal-elettriku totali ta’ dan l-apparat. Għall-kundizzjonaturi tal-arja, ħlief għal kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu, il-konsum tal-elettriku ta’ dawn il-modalitajiet huwa parti mir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni enerġetika u tal-metodu tal-kejl tal-effiċjenza staġonali. Ir-rekwiżiti għall-modalitajiet stand-by u mitfija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu huma stipulati fir-rekwiżti dwar l-Ekodisinn tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008.

(11) L-effett kumplessiv tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f’dan ir-Regolament u fir-Regolament delagat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2010 tal-4 ta' Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja mistenni jissarraf fi ffrankar annwali tal-elettriku ta’ 11 TWh sal-2020, meta mqabbel mas-sitwazzjoni jekk ma tittieħed l-ebda miżura.

(12) Il-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom isiru aktar effiċjenti billi jiġu applikati teknoloġiji eżistenti mhux brevettatti u li huma effikaċi f’termini ta’ nfiq, li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż magħquda għax-xiri u għat-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.

(13) Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent b’mod negattiv. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu għandhom ipattu sew għal kwalunkwe impatt ambjentali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni.

(14) Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. Iż-żmien għal din l-introduzzjoni għandu jkun wieħed fejn jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir li diġà qiegħed fis-suq, u fejn jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-utenti aħħarin u għall-manifatturi, b’mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat l-ilħiq f’waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(15) Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandu jsir permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-iktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998 li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fit-taqsima tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi.

(16) Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(17) Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE sakemm din l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

(18) Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati punti ta’ riferiment indikattivi għall-aħjar teknoloġiji disponibbli biex jiżguraw id-disponibbilità u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament.

(19) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett u ambitu

1. Dan ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisnin għat-tqegħid fis-suq ta’ kundizzjonaturi tal-arja operati mill-provvista elettrika (il-mejn) b’kapaċità nominali ta’ ≤ 12kW għat-tkessiħ, jew tisħin jekk il-prodott ma jkollux funzjoni ta’ tkessiħ, u fannijiet għall-użu personali b’ qawwa elettrika introdotta ta’ ≤ 125W.

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

2.

(a) apparat li juża sorsi tal-enerġija li mhumiex elettriċi,

(b) kundizzjonaturi tal-arja li l-kondensur jew l-evaporatur tagħhom, jew it-tnejn, ma jużawx l-arja bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finjiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin: Għall-finijiet tal-Annessi, defnizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.

1. kundizzjonatur tal-arja tfisser mezz li kapaċi jkessaħ jew isaħħan, jew it-tnejn, l-arja ta’ ġewwa, billi juża ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar imħaddem minn kompressur elettriku, inkluż kundizzjonaturi tal-arja li jipprovdu funzjonalitajiet addizzjonali bħad-deumidifikazzjoni, il-purifikazzjoni tal-arja, il-ventilazzjoni jew it-tisħin supplimentari tal-arja permezz ta’ tisħin bir-reżistenza elettrika, kif ukoll apparat li jista’ juża l-ilma (jew ilma kkondensat li jiġi ffurmat fuq in-naħa tal-evaporatur jew ilma miżjud esternament) għall-evaporazzjoni fuq il-kondensur, dejjem sakemm il-mezz jista’ wkoll jaħdem mingħajr l-użu ta’ ilma addizzjonali, billi juża biss l-arja;

2. kundizzjonatur tal-arja b’kanal doppju tfisser kundizzjonatur tal-arja li fih, waqt it-tkessiħ jew it-tisħin, il-kondensur (jew l-evaporatur) tal-unità tiddaħħallu l-arja mill-ambjent ta’ barra l-unità minn kanal u tintrema lejn l-ambjent ta’ barra minn kanal ieħor, u li jitqiegħed għal kollox fl-ispazju li jrid jiġi kkundizzjonat, qrib ta’ ħajt;

3. kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu tfisser kundizzjonatur tal-arja li fih, waqt it-tkessiħ jew it-tisħin, il-kondensur (jew l-evaporatur) tiddaħħallu l-arja mill-ispazju li għandu l-unità fih u tintrema ‘l barra minn dan l-istess spazju;

4. kapaċità nominali (Prated) tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ, jew tat-tisħin, taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-unità b’kundizzjonijiet nominali standard;

5. fann għall-użu personali tfisser apparat iddisinjat primarjament għaċ-ċaqliq tal-arja madwar jew fuq parti tal-ġisem tal-bniedem għat-tkessiħ personali għall-kumdità, inklużi fannijiet għall-użu personali li jistgħu jwettqu funzjonijiet addizzjonali bħat-tidwil;

6. qawwa elettrika introdotta tal-fann (PF) tfisser il-qawwa elettrika introdotta f’fann għall-użu personali f’Watt li jopera bir-rata ddikjarata tal-fluss massimu tal-fann, imkejla bil-mekkaniżmu oxxillanti attiv (jekk/fejn applikabbli).

Artikolu 3 Rekwiżiti tal-ekodiżinn u skeda ta’ żmien

1. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali huma stipulati fl-Anness I.

2. Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont din l-iskeda ta’ żmien:

Mill-1 ta’ Jannar 2013: kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punt 2a.

Mill-1 ta’ Jannar 2013:

2.

pt_2 a)

kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju, għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punt 2b u Punti 3a, 3b, 3c;

b)

kanali singoli u kanali doppji għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punti 3a, 3b, 3d,

c)

fannijiet għall-użu personali għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punti 3a, 3b, 3e

Mill-1 ta’Jannar 2014:

pt_3 a)

kundizzjonaturi tal-arja għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti tal-ekodisinn kif indikat fl-Anness I, Punti 2c;

b)

kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punt 2d.

3. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 4 Evalwazzjoni tal-konformità

1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stabbilita fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi r-riżultati tal-kalkolu stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5 Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6 Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-kundizzjonaturi tal-arja bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7 Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn mhux iktar tard minn ħames snin wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Din ir-reviżjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-effiċjenza u l-livell tal-qawwa akustika, il-metodu għall-promozzjoni tal-użu ta’ refriġeranti b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali (GWP) u l-ambitu tar-regolament għall-kundizzjonaturi tal-arja u bidliet possibbli fis-sehem mis-suq ta’ tipi ta’ apparat, inkluż il-kundizzjonaturi tal-arja b’qawwa nominali maħruġa ta’ ‘l fuq minn 12kW. Ir-reviżjoni għandha wkoll tivvaluta kemm ikunu xierqa r-rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby, il-metodu tal-kalkolu u l-kejl staġonali, inkluż kunsiderazzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-possibbiltà ta’ metodu ta’ kalkolu u kejl staġonali għall-kundizzjonaturi tal-arja kollha koperti mill-ambitu tar-regolament għall-istaġuni tat-tkessiħ u tat-tisħin.

Artikolu 8 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2012. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS I Rekwiżiti tal-ekodisinn

1 DEFINIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-FINIJIET TAL-ANNESSI

1

(1) Kundizzjonatur tal-arja riversibbli tfisser kundizzjonatur tal-arja li kapaċi sew ikessaħ sew isaħħan.

(2) Kundizzjonijiet nominali standard tfisser il-kumbinazzjoni tat-temperaturi ta’ ġewwa (Tin) u ta’ barra (Tj) li jiddeskrivu l-kundizzjonijiet tat-tħaddim meta jiġu stabbiliti l-livell tal-qawwa akustika, il-kapaċità nominali, ir-rata nominali tal-fluss tal-arja, il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), u/jew il-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated), kif stipulat fl-Anness II, tabella 2;

(3) Temperatura ta’ ġewwa (Tin) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ ġewwa b’termometru niexef [°C] (bl-umdità relattiva indikata mit-temperatura korrispondenti b’termometru umdu);

(4) Temperatura ta’ barra (Tj) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ barra b’termometru niexef [°C] (bl-umdità relattiva tagħha indikata mit-temperatura korrispondenti b’termometru umdu);

(5) Proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERrated) tfisser il-kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ diviża bil-qawwa nominali introdotta għat-tkessiħ [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tkessiħ f’kundizzjonijiet nominali standard;

(6) Koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated) tfisser il-kapaċità ddikjarata għat-tisħin [kW] diviża bil-qawwa nominali introdotta għat-tisħin [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tisħin f’kundizzjonijiet nominali standard;

(7) Potenzjal għat-tisħin globali (GWP) tfisser il-kejl ta’ kemm 1 kg tar-refriġerant użat fiċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar huwa stmat li jikkontribwixxi għat-tisħin globali, espress f’ ekwivalenti ta’ kg CO2 fuq medda ta’ żmien ta’ 100 sena; Il-valuri GWP kkunsidrati se jkunu dawk stipulati fl-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 842/2006; għar-refriġeranti flworinati, il-valuri GWP għandhom ikunu dawk ippubblikati fit-Tielet Rapport ta’ Valutazzjoni (Third Assessment Report - TAR), adottat mill-Bord Intergovernattiv għat-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change) (valuri GWP 2001 tal-IPCC GWP għal perjodu ta’ 100 sena); għall-gassijiet mhux flworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-ewwel valutazzjoni tal-IPCC fuq perjodu ta’ 100 sena; Il-valuri GWP għal taħlitiet ta’ refriġeranti għandhom ikunu bbażati fuq il-formula ddikjarata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 842/2006; għar-refriġeranti mhux inklużi fir-referenzi fuq, ir-rapport IPCC UNEP 2010 dwar ir-Refriġerazzjoni, l-Ikkundizzjonar tal-Arja u l-Pompi tas-Sħana (Refrigeration, Air Conditioning and Heat Pumps), ta’ Frar 2011, jew iġded, għandu jintuża bħala referenza;

(8) Modalità mitfija tfisser kundizzjoni li fiha l-kundizzjonatur tal-arja jew il-fann għall-użu personali jkun imqabbad mal-mejn imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; Huma wkoll meqjusa modalità mitfija kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ modalità mitfija, kif ukoll kundizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw kompatibilità elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(9) Modalità standby tfisser kundizzjoni li fih l-apparat (kundizzjonatur tal-arja jew fann għall-użu personali) jkun imqabbad mal-mejn, jiddependi fuq l-enerġija introdotta mill-mejn biex jaħdem kif suppost u jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit: funzjoni ta’ riattivazzjoni, inkella funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, u/jew turija ta’ informazzjoni jew stat;

(10) Funzjoni ta’ riattivazzjoni tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, inkluża l-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, inklużi l-kontroll mill-bogħod, senser intern, tajmer, għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija;

(11) Turija ta’ informazzjoni jew qagħda tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-qagħda tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi arloġġi;

(12) Livell tal-qawwa akustika tfisser il-livell tal-qawwa akustika ippeżat bil-valur A [dB(A)] ġewwa u/jew barra mkejjel f’kundizzjonijiet nominali standard għat-tkessiħ (jew għat-tisħin, jekk il-prodott m’għandux funzjoni ta’ tkessiħ);

(13) Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn tfisser il-kumbinazzjoni ta’ rekwiżiti għat-temperatura ta’ referenza tad-disinn, it-temperatura bivalenti massima u t-temperatura limitu massima tat-tħaddim, kif stipulat fl-Anness II, Tabella 3

(14) Temperatura nominali tad-disinn tfisser it-temperatura ta’ barra [°C] jew għat-tkessiħ (Tdesignc) jew għat-tisħin (Tdesignh) kif deskritt fl-Anness II, Tabella 3, li fiha l-proporzjon tat-tagħbija parzjali jkun 1, u li tvarja skont l-istaġun deżinjat tat-tkessiħ jew tat-tisħin;

(15) Proporzjon tat-tagħbija parzjali (pl(Tj)) tfisser it-temperatura ta’ barra nieqes 16 °C, diviża bit-temperatura ta’ referenza tad-disinn nieqes 16 °C, għat-tkessiħ jew għat-tisħin;

(16) Staġun tfisser wieħed mill-erba’ settijiet ta’ kundizzjonijiet tat-tħaddim (disponibbli għal erba’ staġuni: staġun wieħed tat-tkessiħ, tliet staġuni tat-tisħin: medju / ikseħ / isħan) li jiddeskrivu għal kull medda ta’ temperatura l-kumbinazzjoni ta’ temperaturi ta’ barra u l-għadd ta’ sigħat li fihom jokkorru dawn it-temperaturi kull staġun u li għalih l-unità titqies adattata;

(17) Medda ta’ temperatura (b’indiċi j) tfisser kumbinazzjoni ta’ temperatura ta’ barra (Tj) u sigħat tal-medda ta’ temperatura (hj), kif stipulat fl-Anness II, tabella 1;

(18) Sigħat tal-medda ta’ temperatura tfisser is-sigħat kull staġun (hj) li fiha tokkorri t-temperatura ta’ barra għal kull medda ta’ temperatura, kif stipulat fl-Anness II, tabella 1;

(19) Proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER) huwa l-proporzjon kumplessiv tal-effiċjenza enerġetika tal-unità, rappreżentattiv tal-istaġun sħiħ tat-tkessiħ, ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ diviża bil-konsum tal-elettriku annwali għat-tkessiħ;

(20) Domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ (QC) tfisser id-domanda ta’ referenza tat-tkessiħ [kWh/a] li għandha tintuża bħala bażi għall-kalkolu tas-SEER u kkalkulata bħala l-prodott tat-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesignc) u s-sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tkessiħ (HCE);

(21) Sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tkessiħ (HCE) tfisser l-għadd annwali assunt ta’ sigħat [h/a] li l-unità trid tipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesignc) sabiex tissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ, kif stipulat fl-Anness II, tabella 4;

(22) Konsum annwali tal-elettriku għat-tkessiħ (QCE) tfisser il-konsum tal-elettriku [kWh/a] meħtieġ biex tintlaħaq id-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ u li tiġi kkalkulata bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ diviża bil-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità attiva (SEERon), u l-konsum tal-elettriku tal-unità għall-modalitajiet termostat mitfi, standby, mitfi u ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tkessiħ;

(23) Proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità attiva(SEERon) tfisser il-proporzjon medju tal-effiċjenza enerġetika tal-unità f’modalità attiva għall-funzjoni tat-tkessiħ, magħmula mit-tagħbija parzjali u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika għall-medda ta’ temperatura (EERbin(Tj)) u ppeżat bis-sigħat tal-medda li sseħħ tulhom il-kundizzjoni ta’ din il-medda;

(24) Tagħbija parzjali tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ (Pc(Tj)) jew it-tagħbija tat-tisħin (Ph(Tj)) [kW] f’temperatura ta’ barra speċifika Tj, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn mmultiplikata mal-proporzjon tat-tagħbija parzjali;

(25) Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-medda ta’ temperatura (EERbin(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għal kull medda ta’ temperatura j b’temperatura ta’ barra Tj fi staġun, derivat mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità ddikjarata u l-proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika (EERd(Tj)) għal meded ta’ temperatura (j) speċifikati u kkalkulat għal meded ta’ temperatura oħra permazz ta’ inter/estrapolazzjoni, fejn meħtieġ ikkoreġġut mill-koeffiċjent tad-degradazzjoni;

(26) Koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP) huwa l-koeffiċjent kumplessiv tal-prestazzjoni tal-unità, rappreżentattiv għall-istaġun sħiħ deżinjat tat-tisħin (il-valur ta’ SCOP jappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat), ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin diviża bil-konsum tal-elettriku annwali għat-tisħin;

(27) Domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin (QH) tfisser id-domanda ta’ referenza tat-tisħin [kWh/a], li tappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat, li għandha tintuża bħala bażi għall-kalkolu tas-SCOP u kkalkulata bħala l-prodott tat-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) u s-sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tisħin (HHE);

(28) Sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tisħin (HHE) tfisser l-għadd annwali assunt ta’ sigħat [h/a] li l-unità trid tipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) sabiex tissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin, kif stipulat fl-Anness II, tabella 4;

(29) Konsum annwali tal-elettriku għat-tisħin (QHE) tfisser il-konsum tal-elettriku [kWh/a] meħtieġ biex jilħaq id-domanda ta’ referenza annwali tat-tisħin indikata u li jappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat; u jiġi kkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin diviża bil-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità attiva (SCOPon), u l-konsum tal-elettriku tal-unità għall-modalitajiet termostat mitfi, standby, mitfi u ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tisħin;

(30) Koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità attiva (SCOPon) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni tal-unità f’modalità attiva għall-istaġun tat-tisħin, magħmul mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità tat-tisħin elettriku ta’ emerġenza (fejn meħtieġ), u koeffiċjenti tal-prestazzjoni speċifiċi għall-medda ta’ temperatura (COPbin(Tj) u ppeżat bis-sigħat tal-medda li sseħħ tulhom il-kundizzjoni definita mill-medda;

(31) Kapaċità tat-tisħin elettriku ta’ emerġenza (elbu(Tj)) hija l-kapaċità tat-tisħin [kW] ta’ ħiter elettriku ta’ emerġenza reali jew assunt b’COP ta’ 1 li jissupplimenta l-kapaċità ddikjarata għat-tisħin (Pdh(Tj)) sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin (Ph(Tj)) fil-każ ta’ Pdh(Tj) li huwa inqas minn Ph(Tj), għat-temperatura ta’ barra (Tj);

(32) Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-medda ta’ temperatura (COPbin(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għal kull medda ta’ temperatura j b’temperatura ta’ barra Tj fi staġun, derivat mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità ddikjarata u l-proporzjon iddikjarat tal-prestazzjoni (COPd(Tj)) għal meded (j) speċifiċi u kkalkulat għal meded oħra permezz ta’ inter/estrapolazzjoni, fejn meħtieġ ikkoreġġut mill-koeffiċjent tad-degradazzjoni;

(33) Kapaċità ddikjarata [kW] tfisser il-kapaċità taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-unità għat-tkessiħ (Pdc(Tj)) jew għat-tisħin (Pdh(Tj)), li tappartjeni għal temperatura ta’ barra Tj u temperatura ta’ ġewwa (Tin), kif iddikjarat mill-manifattur;

(34) Valur ta’ servizz (SV) [(m3/min)/W] tfisser, għall-fannijiet għall-użu personali, il-proporzjon tar-rata tal-fluss massimu tal-fann [m3/min] u l-qawwa introdotta tal-fann [W];

(35) Kontroll tal-kapaċità tfisser l-abilità tal-unità li tibdel il-kapaċità tagħha billi tbiddel ir-rata tal-fluss volumetriku. L-unitajiet għandhom jiġu indikati bħala fissi jekk l-unità ma tistax tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tagħha, fi stadji jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ mhux aktar minn żewġ stadji, jew varjabbli jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ tliet stadji jew aktar;

(36) Funzjoni tfisser l-indikazzjoni ta’ jekk unità hiex kapaċi għat-tkessiħ tal-arja ta’ ġewwa, it-tisħin tal-arja ta’ ġewwa jew it-tnejn;

(37) Tagħbija tad-disinn tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ (Pdesignc) iddikjarata u/jew it-tagħbija tat-tisħin iddikjarata (Pdesignh) [kW] fit-temperatura ta’ referenza tad-disinn, fejn għall-modalità tat-tkessiħ, Pdesignc hija ugwali għall-kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ f’ Tj ugwali għal Tdesignc; għall-modalità tat-tisħin, Pdesignh hija ugwali għat-tagħbija parzjali f’ Tj ugwali għal Tdesignh;

(38) Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika (EERd(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika f’għadd limitat ta’ meded ta’ temperatura (j) speċifikati b’temperatura ta’ barra (Tj), kif iddikjarat mill-manifattur;

(39) Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni (COPd(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni f’għadd limitat ta’ meded ta’ temperatura (j) speċifikati b’temperatura ta’ barra (Tj), kif iddikjarat mill-manifattur;

(40) Temperatura bivalenti (Tbiv) tfisser it-temperatura ta’ barra (Tj) [°C] iddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, li fiha, il-kapaċità ddikjarata hija ugwali għat-tagħbija parzjali u li taħtha l-kapaċità ddikjarata trid tkun supplimentata minn kapaċità ta’ ħiter elettriku ta’ emerġenza sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin;

(41) Temperatura limitu tat-tħaddim (Tol) tfisser it-temperatura ta’ barra [°C] ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, li taħtha l-kundizzjonatur tal-arja ma jkun jista’ jwassal ebda kapaċità tat-tisħin; taħt din it-temperatura, il-kapaċità ddikjarata hija ugwali għal żero;

(42) Kapaċità tal-intervall ċikliku [kW] hija l-medja (ppeżata bil-ħin) tal-kapaċità ddikjarata tul l-intervall tat-test ċikliku għat-tkessiħ (Pcycc) jew għat-tisħin (Pcych);

(43) Effiċjenza tal-intervall ċikliku għat-tkessiħ (EERcyc) huwa l-proporzjon medju tal-effiċjenza enerġetika tul l-intervall tat-test ċikliku (il-kompressur jinxtgħel u jintefa), ikkalkulat bħala l-kapaċità integrata tat-tkessiħ fuq l-intervall [kWh] diviż bil-qawwa elettrika integrata introdotta fuq dak l-istess intervall [kWh];

(44) Effiċjenza tal-intervall ċikliku għat-tisħin (COPcyc) hija l-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni fuq l-intervall tat-test ċikliku (il-kompressur jinxtgħel u jintefa), ikkalkulat bħala l-kapaċità integrata tat-tisħin fuq l-intervall [kWh] diviż bil-qawwa elettrika integrata introdotta fuq dak l-istess intervall [kWh];

(45) Koeffiċjent tad-degradazzjoni hija l-kejl tal-effiċjenza mitlufa miħabba ċ-ċikli (il-kompressur jinxtgħel/jintefa fil-modalità attiva) stabbilita għat-tkessiħ (Cdc), it-tisħin (Cdh) jew magħżul bħala valur assenjat ta’ 0,25;

(46) Modalità attiva tfisser il-modalità li tikkorispondi għas-sigħat b’tagħbija ta’ tkessiħ jew tisħin tal-bini u li biha tiġi attivata l-funzjoni tat-tkessiħ u t-tisħin tal-unità. Il-kundizzjoni tista’ tinvolvi ċikli mixgħula/mitfija tal-unità sabiex tilħaq jew tmantni temperatura meħtieġa tal-arja ta’ ġewwa;

(47) Modalità termostat mitfi tfisser modalità li tikkorrispondi għas-sigħat mingħajr tkessiħ jew tisħin fejn il-funzjoni tat-tkessiħ jew tat-tisħin tal-unità tkun mixgħula imma l-unità ma tkunx operattiva billi m’hemmx tagħbija tat-tkessiħ jew tat-tisħin. Din il-kundizzjoni hija għalhekk relatata mat-temperaturi ta’ barra u mhux mat-tagħbijiet ta’ ġewwa; Iċ-ċikli mixgħul / mitfi fil-modalità attiva mhumiex meqjusa termostat mitfi;

(48) Modalità operazzjoni tal-ħiter tal-kisi tal-krank tfisser kundizzjoni fejn l-unità tkun attivat apparat tat-tisħin sabiex jiġi evitat li r-refriġerant jgħaddi għal ġol-kompressur sabiex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tar-refriġerant fiż-żejt malli jiġi sstartjat il-kompressur;

(49) Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità termostat mitfi (PTO) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità termostat mitfi;

(50) Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità standby (PSB) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità standby;

(51) Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità mitfija (POFF) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità mitfija;

(52) Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalita ħiter tal-kisi tal-krank attivat (PCK) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità ħiter tal-kisi tal-krank attivat;

(53) Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità termostat mitfi (HTO) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità termostat mitfi, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;

(54) Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità termostat mitfi (HSB) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità standby, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;

(55) Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità mitfija (HOFF) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità mitfija, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;

(56) Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità ħiter tal-kisi tal-krank (HCK) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità ħiter tal-kisi tal-krank attivat, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati;

(57) Fluss nominali tal-arja tfisser ir-rata tal-fluss tal-arja [m3/h] imkejla mal-iżbokk tal-arja ta’ unitajiet ta’ barra u/jew ta’ ġewwa (jekk apllikabbli) ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kundizzjonijiet nominali standard għat-tkessiħ (jew għat-tisħin, jekk il-prodott ma jkollux funzjoni ta’ tkessiħ);

(58) Qawwa introdotta nominali għat-tkessiħ (PEER) tfisser il-qawwa elettrika introdotta [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tkessiħ f’kundizzjonijiet nominali standard;

(59) Qawwa introdotta nominali għat-tisħin (PCOP) tfisser il-qawwa elettrika introdotta [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tisħin f’kundizzjonijiet nominali standard;

(60) Konsum tal-elettriku ta’ kanali singoli u doppji (QSD u QDD rispettivament) tfisser il-konsum tal-elettriku ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew doppju għall-modalità tat-tkessiħ u/jew tat-tisħin (liema minnhom tapplika) [kanal singolu f’kWh/h, kanal doppju f’kWh/a];

(61) Proporzjon tal-kapaċità tfisser il-proporzjon tal-kapaċità totali ddikjarata tat-tkessiħ jew tat-tisħin għall-unitajiet ta’ ġewwa operattivi kollha mal-kapaċità totali ddikjarata tat-tkessiħ jew tat-tisħin tal-unità ta’ barra bil-kundizzjonijiet nominali standard;

(62) Rata massima tal-fluss tal-arja tal-fann (F) tfisser il-fluss tal-arja tal-fann għall-użu personali bis-setting massimu tiegħu [m3/min], imkejjel mal-iżbokk tal-fann bil-mekkaniżmu oxxillanti (jekk applikabbli) mitfi;

(63) Mekkaniżmu oxxillanti tfisser il-kapaċità tal-fann għall-użu personali li jvarja awtomatikament id-direzzjoni tal-fluss tal-arja waqt li l-fann ikun qed jaħdem;

(64) Livell tal-qawwa akustika tal-fann tfisser il-livell tal-qawwa akustika tal-fann għall-użu personali, ippeżat bil-fattur A, waqt li jkun qed jipprovdi r-rata tal-fluss massimu tal-fann, imkejjel min-naħa tal-iżbokk;

(65) Sigħat f’modalità attiva tal-fann (HCE) tfisser l-għadd ta’ sigħat [h/a] li fihom huwa assunt li l-fann għall-użu personali jipprovdi r-rata tal-fluss massimu tal-fann, kif deskritt fl-Anness II, Tabella 4.

2. REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA MINIMA, KONSUM MASSIMU TAL-ELETTRIKU FIL-MODALITÀ MITFIJA U L-MODALITÀ STANDBY U GĦAL-LIVELL MASSIMU TA’ QAWWA AKUSTIKA

2. a. Tabella 1 Tabella 2 Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima Rekwiżiti għall-konsum massimu tal-elettriku fil-modalità mitfija u l-modalità standby għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali

Mill-1 ta’ Jannar 2013, kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti fit-tabelli 1, 2 u 3 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Il-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby kif indikati fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika minima u l-qawwa akustika massima għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2. Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu EERrated COPrated EERrated COPrated Jekk il-GWP tar-refriġerant > 150 2,40 2,36 2,40 1,80 Jekk il-GWP tar-refriġerant ≤ 150 2,16 2,12 2,16 1,62 Modalità mitfija Il-konsum tal-elettriku tat-tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni b’modalità mitfija ma għandux jaqbeż 1,00 W. Modalità standby Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni sempliċi ta’ funzjoni attivata ta’ riattivazzjoni, m’għandux jaqbeż 1,00 W Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi turija ta’ informazzjoni jew qagħda, jew li jipprovdi biss kumbinazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni jew turija ta’ informazzjoni jew qagħda, m’għandux jaqbeż 2,00 W Disponibbiltà ta’ modalità standby u/jew mitfija It-tagħmir għandu jipprovdi, għajr fejn dan ma jkunx jixraq għall-użu maħsub, il-modalità mitfija u/jew il-modalità standby, u/jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u l-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

Tabella 3 Rekwiżiti għall-livell massimu tal-qawwa akustika

Livell tal-qawwa akustika ta’ ġewwa f ‘dB(A) 65

b. Tabella 4 Tabella 5 Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima Rekwiżiti għall-livell massimu tal-qawwa akustika

Mill-1 ta’ Jannar 2013, kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika minima u l-livell massimu ta’ qawwa akustika kif indikati fit-tabelli 4 u 5 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika minima u l-qawwa akustika massima għandha tirrelata mal-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn speċifikati fl-Anness II, Tabella 3 bl-użu tal l-istaġun tat-tisħin Medju fejn applikabbli. Ir-rekwiżiti dwar il-qawwa akustika għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2. SEER SCOP (Staġun medju tat-tisħin) Jekk il-GWP tar-refriġerant > 150 3,60 3,40 Jekk il-GWP tar-refriġerant ≤ 150 3,24 3,06 Kapaċità nominali ≤ 6 kW 6 < Kapaċità nominali ≤ 12 kW Livell tal-qawwa akustika ta’ ġewwa f ‘dB(A) Livell tal-qawwa akustika ta’ barra f’dB(A) Livell tal-qawwa akustika ta’ ġewwa f ‘dB(A) Livell tal-qawwa akustika ta’ barra f’dB(A) 60 65 65 70

c. Tabella 6 Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima

Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kundizzjonaturi tal-arja għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikati fit-tabella ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi b’kanal singolu u doppju, għandhom jirrelataw għall-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn speċifikati fl-Anness II, Tabella 3 bl-użu tal-istaġun tat-tisħin Medju fejn applikabbli. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2. Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu SEER SCOP (Staġun tat-tisħin Medja) EERrated COPrated EERrated COPrated Jekk il-GWP tar-refriġerant > 150, għal 6 kW 4,60 3,80 2,60 2,60 2,60 2,04 Jekk il-GWP tar-refriġerant ≤ 150, għal ≤ 6 kW 4,14 3,42 2,34 2,34 2,34 1,84 Jekk il-GWP tar-refriġerant > 150, għal 6– 12 kW 4,30 3,80 2,60 2,60 2,60 2,04 Jekk il-GWP tar-refriġerant ≤ 150, għal 6– 12 kW 3,87 3,42 2,34 2,34 2,34 1,84

d. Tabella 7 Rekwiżiti għall-konsum massimu tal-elettriku fil-modalità mitfija u l-modalità standby

Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti fit-tabella 7 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Modalità mitfija Il-konsum tal-elettriku tat-tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni b’modalità mitfija ma għandux jaqbeż 0,50 W. Modalità standby Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni sempliċi ta’ funzjoni attivata ta’ riattivazzjoni, m’għandux jaqbeż 0,50 W Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi turija ta’ informazzjoni jew qagħda, jew li jipprovdi biss kumbinazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni jew turija ta’ informazzjoni jew qagħda, m’għandux jaqbeż 1,00 W Disponibbiltà ta’ modalità standby u/jew mitfija It-tagħmir għandu jipprovdi, għajr fejn dan ma jkunx jixraq għall-użu maħsub, il-modalità mitfija u/jew il-modalità standby, u/jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u l-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn. Ġestjoni tal-enerġija Meta tagħmir ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni ewlenija tiegħu, jew meta prodotti oħra li jużaw l-enerġija ma jkunux mill-funzjonijiet tagħhom, dan għandu joffri, sakemm ikun jixraq skund l-użu maħsub, funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, li wara l-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli xieraq għall-użu maħsub tal-apparat, tiswiċċjah awtomatikament għal

modalità standby, jew

modalità mitfija, jew

kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u/jew il-modalità standby meta l-apparat ikun imqabbad mal-mejn. Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi attivata qabel il-kunsinna tal-prodott.

3. REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

3.

(a) Mill-1 ta’ Jannar 2013, fir-rigward tal-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali, l-informazzjoni stipulata fil-punti taħt u kkalkulata skont l-Anness II għandha tkun ipprovduta fuq:

(a)

i)

id-dokumentazzjoni teknika tal-prodott;

ii)

siti elettroniċi b’aċċess ħieles tal-manifatturi tal-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali;

(b) Il-manifattur tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-fannijiet għall-użu personali għandu jipprovdi lil-laboratorji li jwettqu verifiki ta’ sorveljanza tas-suq, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa dwar it-twaqqif tal-unità kif applikat għall-istabbiliment ta’ kapaċitajiet iddikjarati, SEER/EER, valuri SCOP/COP u valuri ta’ servizz u jipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt għall-ksib ta’ din l-informazzjoni.

(c) Tabella 1 Rekwiżiti tal-informazzjoni (l-għadd ta’ deċimali fil-kaxxa jindika l-preċiżjoni tar-rappurtar)

Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu. Funzjoni (indika jekk hemm) Jekk il-funzjoni tinkludi t-tisħin: Indika l-staġun tat-tisħin li l-informazzjoni tirrelata għalih. Il-valuri indikati għandhom jirrelataw għal staġun tat-tisħin wieħed. Inkludi mill-inqas l-istaġun tat-tisħin Medju. tkessiħ Iva/Le Medju (obbligatorju) Iva/Le tisħin Iva/Le Isħan (jekk deżinjat) Iva/Le Ikseħ (jekk deżinjat) Iva/Le Fattur simbolu valur unità Fattur simbolu valur unità Tagħbija nominali Effiċjenza staġonali tkessiħ Pdesignc x,x kW tkessiħ SEER x,x — tisħin / Medju Pdesignh x,x kW tisħin / Medju SCOP/A x,x — tisħin / Isħan Pdesignh x,x kW tisħin / Isħan SCOP/W x,x — tisħin / Ikseħ Pdesignh x,x kW tisħin / Ikseħ SCOP/C x,x — Kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ, b’temperatura ta’ ġewwa 27(19)°C u temperatura ta’ barra Tj Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika, b’temperatura ta’ ġewwa 27(19) °C u temperatura ta’ barra Tj Tj = 35 °C Pdc x,x kW Tj=35 °C EERd x,x — Tj=30 °C Pdc x,x kW Tj=30 °C EERd x,x — Tj=25 °C Pdc x,x kW Tj=25 °C EERd x,x — Tj=20 °C Pdc x,x kW Tj=20 °C EERd x,x — Kapaċità ddikjarata għat-tisħin / Staġun medju, b’temperatura ta’ ġewwa 20°C u temperatura ta’ barra Tj Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni/ Staġun medju, b’temperatura ta’ ġewwa 20°C u temperatura ta’ barra Tj Tj=-7 °C Pdh x,x kW Tj=-7 °C COPd x,x — Tj=2 °C Pdh x,x kW Tj=2 °C COPd x,x — Tj=7 °C Pdh x,x kW Tj=7 °C COPd x,x — Tj=12 °C Pdh x,x kW Tj=12 °C COPd x,x — Tj=temperatura bivalenti Pdh x,x kW Tj=temperatura bivalenti COPd x,x — Tj=limitu operattiv Pdh x,x kW Tj=limitu operattiv COPd x,x — Kapaċità ddikjarata għat-tisħin / Staġun isħan, b’temperatura ta’ ġewwa 20 °C u temperatura ta’ barra Tj Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni/ Staġun isħan, b’temperatura ta’ ġewwa 20 °C u temperatura ta’ barra Tj Tj=2 °C Pdh x,x kW Tj=2 °C COPd x,x — Tj=7 °C Pdh x,x kW Tj=7 °C COPd x,x — Tj=12 °C Pdh x,x kW Tj=12 °C COPd x,x — Tj=temperatura bivalenti Pdh x,x kW Tj=temperatura bivalenti COPd x,x — Tj=limitu operattiv Pdh x,x kW Tj=limitu operattiv COPd x,x — Kapaċità ddikjarata għat-tisħin / Staġun ikseħ, b’temperatura ta’ ġewwa 20 °C u temperatura ta’ barra Tj Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni/ Staġun ikseħ, b’temperatura ta’ ġewwa 20 °C u temperatura ta’ barra Tj Tj = -7 °C Pdh x,x kW Tj = -7 °C COPd x,x — Tj = 2 °C Pdh x,x kW Tj=2 °C COPd x,x — Tj = 7 °C Pdh x,x kW Tj = 7 °C COPd x,x — Tj = 12 °C Pdh x,x kW Tj = 12 °C COPd x,x — Tj=temperatura bivalenti Pdh x,x kW Tj = temperatura bivalenti COPd x,x — Tj=limitu operattiv Pdh x,x kW Tj = limitu operattiv COPd x,x — Tj = -15 °C Pdh x,x kW Tj = -15 °C COPd x,x — Temperatura bivalenti Temperatura limitu operattiva tisħin / Medju Tbiv x °C tisħin / Medju Tol x °C tisħin / Isħan Tbiv x °C tisħin / Isħan Tol x °C tisħin / Ikseħ Tbiv x °C tisħin / Ikseħ Tol x °C Kapaċità tal-intervall taċ-ċikli Effiċjenza tal-intervall taċ-ċikli għat-tkessiħ Pcycc x,x kW għat-tkessiħ EERcyc x,x — għat-tisħin Pcych x,x kW għat-tisħin COPcyc x,x — Koeffiċjent ta’ degradazzjoni tkessiħ Cdc x,x — Koeffiċjent ta’ degradazzjoni tisħin Cdh x,x — Qawwa elettrika introdotta f’modialitajiet ta’ qawwa letteika għajr modalità attiva Konsum annwali tal-elettriku modalità mitfija; POFF x,x kW tkessiħ QCE x kWh/a modalità standby; PSB x,x kW tisħin / Medju QHE x kWh/a modalità termostat mitfi; PTO x,x kW tisħin / Isħan QHE x kWh/a modalità ħiter tal-kisi tal-krank PCK x,x kW tisħin / Ikseħ QHE x kWh/a Kontroll tal-kapaċità (indika waħda minn tliet opzjonijiet) Fatturi oħra fiss Iva/Le Livell tal-qawwa akustika (barra/ġewwa) LWA x,x / x,x dB(A) fi stadji Iva/Le Potenzjal għat-tisħin globali GWP x kgCO2 eq. varjabbli Iva/Le Livell nominali tal-qawwa akustika (barra/ġewwa) — x / x m3/h Dettalji ta’ kuntatt għal aktar informazzjoni L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Safejn hu rilevanti fid-dawl tal-funzjonalità, il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni kif mitluba fit-tabella 1 fuq fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott. Għall-unitajiet b’kontroll tal-kapaċità mmarkat bħala staged (fi stadji), żewġ valuri għall-ogħla u l-aktar baxx, imniżżla bħala hi/lo mifruda minn slexx (/) jiġu ddikjarati f’kull kaxxa fis-sezzjoni Kapaċità ddikjarata.

Informazzjoni biex tidentifika l-mudell(i) li tirrelata magħhom l-informazzjoni:

(d) Tabella 2 Rekwiżiti ta’ informazzjoni

Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b’kanal doppju. Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal wieħed għandhom jissejħu kundizzjonaturi tal-arja lokali fuq l-imballaġġ, id-dokumentazzjoni dwar il-prodott u fuq kwalunkwe materjal pubbliċitarju, ikunx elettroniku jew fuq il-karta. Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni bħal din fit-tabella taħt. Informazzjoni biex tidentifika l-mudell(i) li tirrelata magħhom l-informazzjoni: [imla kif meħtieġ] Deskrizzjoni Simbolu Valur Unità Kapaċità nominali għat-tkessiħ Prated għat-tkessiħ [x,x] kW Kapaċità nominali għat-tisħin Prated għat-tisħin [x,x] kW Qawwa nominali introdotta għat-tkessiħ PEER [x,x] kW Qawwa elettrika introdotta nominali għat-tisħin PCOP [x,x] kW Proporzjon Nominali tal-Effiċjenza enerġetika EERd [x,x] — Koeffiċjent Nominali tal-prestazzjoni COPd [x,x] — Konsum tal-elettriku fil-modalità termostat mitfi PTO [x,x] W Konsum tal-elettriku fil-modalità standby PSB [x,x] W Konsum tal-elettriku ta’ apparat b’kanal singolu/doppju (indika separatament għat-tkessiħ u għat-tisħin: DD: QDD DD: [x] DD: kWh/a SD: QSD SD: [x,x] SD: kWh/h Livell tal-qawwa akustika LWA [x] dB(A) Potenzjal għat-tisħin globali GWP [x] kgCO2 eq. Dettalji ta’ kuntatt għal aktar informazzjoni L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(e) Tabella 3 Rekwiżiti ta’ informazzjoni

Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-fannijiet għall-użu personali Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni bħal din fit-tabella taħt. Informazzjoni biex tidentifika l-mudell(i) li tirrelata magħhom l-informazzjoni: [imla kif meħtieġ] Deskrizzjoni Simbolu Valur Unità Rata ta’ fluss massimu tal-fann F [x,x] m3/min Qawwa elettrika introdotta tal-fann P [x,x] W Valur ta’ servizz SV [x,x] (m3/min)/W Konsum tal-elettriku fuq standby PSB [x,x] W Livell tal-qawwa akustika tal-fann LWA [x] dB(A) Veloċità massima tal-arja c [x,x] m/sec Standard ta’ kejl għall-valur ta’ servizz [iddikkjara hawn ir-referenza għall-istandard ta’ kejl użat] Dettalji ta’ kuntatt għal aktar informazzjoni L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

ANNESS II

Kejl u kalkoli 1.2.3.4.5.6. Tabella 1 Tabella 2 Tabella 3 Tabella 4 Meded ta’ temperatura staġonali għat-tkessiħ u t-tisħin (j = indiċi tal-medda, Tj = temperatura ta’ barra, hj = sigħat fis-sena għal kull medda) fejn db = tempertura b’termometru niexef. Kundizzjonijiet nominali standard, temperaturi f’temperaturi tal-arja b’ termometru niexef (b’ termometru umdu indikati fil-parenteżi) Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn, temperaturi f’temperaturi tal-arji b’ termometru niexef (b’ termometru umdu indikati fil-parenteżi) Sigħat operattivi skont it-tip ta’ apparat skont il-modalità funzjonali li għandha tintuża għall-kalkolu tal-konsum tal-elettriku

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru permezz ta’ standards armonizzati li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodu affidabbli, akkurat u riproduċibbli ieħor, li jqis il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, u li rriżultati tagħhom jitqiesu bħala ta’ inċertezza baxxa. Huma għandhom jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi: Id-determinazzjoni tal-konsum staġonali tal-enerġija u l-effiċjenza għall-proprzjoni staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER) u l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP) għandhom iqisu: Meta l-informazzjoni dwar mudell speċifiku, li jkun kumbinazzjoni ta’ unità(jiet) ta’ ġewwa u ta’ barra, jinkiseb minn kalkolu fuq il-bażi tad-disinn, u/jew estrapolazzjoni minn kumbinazzjonijiet oħrajn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ dawn il-kalkoli u/jew l-estrapolazzjoniet, u ta’ testijiet magħmula sabiex jivverifikaw l-eżattezza tal-kalkoli maħduma (inklużi dettalji tal-mudell matematiku biex jikkalkula l-prestazzjoni ta’ dawn il-kumbinazzjonijiet, u ta’ kejl meħud sabiex jivverifikaw dan il-mudell). Il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika għat-tkessiħ (EERrated) u, fejn applikabbli, il-koeffiċjent nomali tal-prestazzjoni(COPrated) għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jiġu stabbiliti bil-kundizzjonijiet nominali standard kif definiti fit-Tabella 2 taħt. Il-kalkolu tal-konsum staġonali tal-elettriku għat-tkessiħ (u/jew it-tisħin) għandu jqis il-konsum tal-enerġija elettrika tal-modalitajiet rilevanti kollha tat-tħaddimkif definit fit-tabella 3 taħt, bl-użu ta’ sigħat operattivi, kif definit fit-tabella 4 taħt. L-effiċjenza tal-fann għall-użu personali għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-fluss nominali tal-arja tal-unità diviża bil-qawwa elettrika nominali introdotta tal-unità. STAĠUN TAT-TKESSIĦ j # Tj °C db hj h/annum 1 17 205 2 18 227 3 19 225 4 20 225 5 21 216 6 22 215 7 23 218 8 24 197 9 25 178 10 26 158 11 27 137 12 28 109 13 29 88 14 30 63 15 31 39 16 32 31 17 33 24 18 34 17 19 35 13 20 36 9 21 37 4 22 38 3 23 39 1 24 40 0 Totali h. 2602 STAĠUN TAT-TISĦIN j # Tj °C db hj h/annum Medja Isħan Ikseħ 1 sa 8 – 30 sa – 23 0 0 0 9 –22 0 0 1 10 –21 0 0 6 11 –20 0 0 13 12 –19 0 0 17 13 –18 0 0 19 14 –17 0 0 26 15 –16 0 0 39 16 –15 0 0 41 17 –14 0 0 35 18 –13 0 0 52 19 –12 0 0 37 20 –11 0 0 41 21 –10 1 0 43 22 –9 25 0 54 23 –8 23 0 90 24 –7 24 0 125 25 –6 27 0 169 26 –5 68 0 195 27 –4 91 0 278 28 –3 89 0 306 29 –2 165 0 454 30 –1 173 0 385 31 0 240 0 490 32 1 280 0 533 33 2 320 3 380 34 3 357 22 228 35 4 356 63 261 36 5 303 63 279 37 6 330 175 229 38 7 326 162 269 39 8 348 259 233 40 9 335 360 230 41 10 315 428 243 42 11 215 430 191 43 12 169 503 146 44 13 151 444 150 45 14 105 384 97 46 15 74 294 61 Totali h. 4910 3590 6446 Apparat Funzjoni Temperatura tal-arja ta’ ġewwa (°C) Temperatura tal-arja ta’ barra (°C) Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu tkessiħ 27 (19) 35 (24) tisħin 20 (mass. 15) 7(6) kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu tkessiħ 35 (24) 35 (24) tisħin 20 (12) 20 (12) Funzjoni/staġun Temperatura tal-arja ta’ ġewwa (°C) Temperatura tal-arja ta’ barra (°C) Temperatura bivalenti (°C) Temperatura limitu operattiva (°C) Tin Tdesignc/Tdesignh Tbiv Tol tkessiħ 27 (19) Tdesignc = 35 (24) mhux applikabbli mhux applikabbli tisħin / Medju 20 (15) Tdesignh = – 10 (– 11) mass. 2 mass. – 7 tisħin / Isħan Tdesignh = 2 (1) mass. 7 mass. 2 tisħin / Ikseħ Tdesignh = – 22 (– 23) mass. – 7 mass. – 15 Tip ta’ apparat / funzjonalità (jekk applikabbli) Unità Staġun tat-tisħin Modalità mixgħula Modalità termostat mitfi Modalità standby Modalità mitfija Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank tkessiħ: HCE tisħin: HHE HTO HSB HOFF HCK Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b’kanal doppju Modalità tat-tkessiħ, jekk l-apparat joffri tkessiħ biss h/annum 350 221 2142 5088 7760 Modalitajiet tat-tkessiħ u tat-tisħin, jekk l-apparat joffri ż-żewġ modalitajiet Modalità tat-tkessiħ h/annum 350 221 2142 0 2672 Modalità tat-tisħin h/annum Medja 1400 179 0 0 179 Isħan 1400 755 0 0 755 Ikseħ 2100 131 0 0 131 Modalità tat-tisħin, jekk l-apparat joffri tisħin biss h/annum Medja 1400 179 0 3672 3851 Isħan 1400 755 0 4345 4476 Ikseħ 2100 131 0 2189 2944 Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju Modalità tat-tkessiħ, jekk l-apparat joffri tkessiħ biss h/60 min 1 Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Modalitajiet tat-tkessiħ u tat-tisħin, jekk l-apparat joffri ż-żewġ modalitajiet Modalità tat-tkessiħ h/60 min 1 Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Modalità tat-tisħin h/60min 1 Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Modalità tat-tisħin, jekk l-apparat joffri tisħin biss h/60min 1 Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu Modalità tat-tkessiħ h/60 min 1 Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Modalità tat-tisħin h/60 min 1 Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli Mhux applikabbli

kalkoli 1.2.

a)

L-istaġun(i) Ewropew(j) tat-tkessiħ u t-tisħin, kif definit fit-Tabella 1 taħt;

b)

Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn, kif definiti fit-Tabella 3 taħt;

c)

Konsum tal-enerġija elettrika għall-modalitajiet rilevanti kollha tat-tħaddim, bl-użu ta’ perjodi ta’ ħin kif definit fit-Tabella 4 taħt;

d)

Effetti tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata minn ċikli mixgħul/mitfi (jekk applikabbli) skont it-tip ta’ kontroll tal-kapaċità tat-tkessiħ u/jew tat-tisħin;

e)

Korrezzjonijiet lill-koeffiċjenti staġonali tal-prestazzjoni f’kundizzjonijiet fejn it-tagħbija tat-tisħin ma tistax tintlaħaq mill-kapaċità tat-tisħin;

f)

Il-kontribut ta’ ħiter ta’ emerġenza (jekk applikabbli) fil-kalkolu tal-effiċjenza staġonali ta’ unità f’modalità tat-tisħin.

ANNESS III Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq 1.2.3.4.5.

Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss. Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju, għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament, jekk il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika tiegħu (SEER), jew il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP), jekk applikabbli ma tkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 8% bil-kapaċità ddikkjarata tal-unità. Il-valuri SEER u SCOP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II. Il-mudell ta’ kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu u doppju għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, għal dan ir-Regolament, jekk il-il-medja tar-riżultati għall-kundizzjonijiet modalità mitfija ma taqbiżx il-valuri limitu b’aktar minn 10 %, u jekk il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), jew il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated), jekk applikabbli,ma jkunux inqas mill-valur iddikjarat nieqes 10%. Il-valuri EER u COP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II. Il-mudell tal-kondizzjonatur tal-arja għandu jitqies li jikkonforma mar-rekiwżiti stipulati fir-Regolament, kif applikabbli, jekk il-livell massimu tal-qawwa akustika ma jaqbiżx aktar minn 2 dB(A) tal-valur iddikjarat. F’każ li ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2, l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq għandha tittestja tliet unitajiet addizzjonali magħżula b’mod aleatorju. Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju, għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament, jekk il-medja tat-tliet unitajiet għall-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER), jew il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP), jekk applikabbli, ma tkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 8% bil-kapaċità ddikkjarata tal-unità. Il-valuri SEER u SCOP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II. Il-mudell ta’ kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu u doppju għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, għal dan ir-Regolament, jekk il-medja tar-riżultati tat-tliet unitajiet għall-kundizzjonijiet modalità mitfija u modilità standby ma taqbiżx il-valuri limitu b’aktar minn 10 %, u jekk il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), jew il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated), jekk applikabbli,ma jkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 10 %. Il-valuri EER u COP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II. Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja għandu jitqies konformi mar-rekiwżiti stipulati f’dan ir-Regolament, kif applikabbli, jekk il-medja tal-livell massimu tal-qawwa akustika ma jaqbiżx aktar minn 2 dB(A) tal-valur iddikjarat. Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma’ dan ir-Regolament. Għall-għanijiet tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri msemmija fl-Anness II u l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi ta’ kalkolu u ta’ kejl affidabbli, akkurat u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti.

ANNESS IV Punti ta’ riferiment għall-kundizzjonaturi tal-arja

Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-kundizzjonaturi tal-arja f’termini tal-prestazzjoni enerġetika tagħhom ġiet identifikata kif ġej: Il-punt ta’ riferiment għal-livell ta’ GWP tar-refriġerant li jintuża fil-kundizzjonaturi tal-arja huwa GWP ≤ 20. Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu SEER SCOP EER COP EER COP 8,50 5,10 3,00 3,15 3,15 2,60

Versions

  1. 2012-03-06