Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2012 tat-22 ta’ Marzu 2012 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

In forceVersion 2012-03-22from 2012-03-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/257@2012-03-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti elenkati fit-Taqsima XV tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni, tista’ tkun koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2) Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 168 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3) L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-ammont tar-rifużjoni jista’ jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4) Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju hekk kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman.

(5) It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċertu qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini jipprovdi għal tnaqqis fir-rifużjoni speċjali jekk il-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni ikun inqas minn 95 % tal-kwantità totali f’piż tal-qatgħat li ġejjin mid-dissussar, iżda mhux inqas minn 85 % tal-istess kwantità.

(6) Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2011. Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun imħassar.

(7) Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom jiġu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità stipulati fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2 Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata ta’ rifużjoni fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 għandha titnaqqas b’EUR 3,5/100 kg.

Artikolu 3 Ir-Regolament (UE) Nru 1318/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012. Għall-Kummissjoni, F’isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq il-laħam taċ-ċanga applikabbli mit-23 ta’ Marzu 2012 N.B.:

Il-kodiċi tal-prodott u l-kodiċi ta’ destinazzjoni tas-serje A huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1). Il-kodiċi ta’ destinazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006. p. 19). Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej: B00 id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħra, provvediment ta’ ikel u destinazzjonijiet huma trattati bħala esportazzjonijiet mill-Unjoni). B02 B04 u d-destinazzjoni EG. B03 l-Albanija, il-Kroazja, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo, Montenegro, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, imħażen u provvedimenti (destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u 42, u jekk xieraq fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1). B04 it-Turkija, l-Ukraina, il-Bjelorussja, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Kazakistan, it-Turkmenistan, l-Uzbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgiżistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Israel, ix-Xatt tal-Punent/il-Medda ta’ Gaza, il-Ġordan, l-Arabja Sawdija, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, is-Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indonesja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea Bissaw, il-Ginea, Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Ginea Ekwatorjali, il-Prinċipalità ta’ Sao Tome, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Sant’Elena u Dipendenzi, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanija, is-Seychelles u Dipendenzi, it-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawritanja, il-Komoros, il-Majott, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika ta’ Isfel, il-Lesoto. Kodiċi tal-prodott Destinazzjoni Unità ta’ kejl Rifużjonijiet 0102 21 10 9140 B00 EUR/100 kg piż ħaj 12,9 0102 21 30 9140 B00 EUR/100 kg piż ħaj 12,9 0102 31 00 9100 B00 EUR/100 kg piż ħaj 12,9 0102 31 00 9200 B00 EUR/100 kg piż ħaj 12,9 0102 90 20 9100 B00 EUR/100 kg piż ħaj 12,9 0102 90 20 9200 B00 EUR/100 kg piż ħaj 12,9 0201 10 00 9110 B02 EUR/100 kg piż nett 18,3 B03 EUR/100 kg piż nett 10,8 0201 10 00 9130 B02 EUR/100 kg piż nett 24,4 B03 EUR/100 kg piż nett 14,4 0201 20 20 9110 B02 EUR/100 kg piż nett 24,4 B03 EUR/100 kg piż nett 14,4 0201 20 30 9110 B02 EUR/100 kg piż nett 18,3 B03 EUR/100 kg piż nett 10,8 0201 20 50 9110 B02 EUR/100 kg piż nett 30,5 B03 EUR/100 kg piż nett 17,9 0201 20 50 9130 B02 EUR/100 kg piż nett 18,3 B03 EUR/100 kg piż nett 10,8 0201 30 00 9050 US EUR/100 kg piż nett 3,3 CA EUR/100 kg piż nett 3,3 0201 30 00 9060 B02 EUR/100 kg piż nett 11,3 B03 EUR/100 kg piż nett 3,8 0201 30 00 9100 B04 EUR/100 kg piż nett 42,4 B03 EUR/100 kg piż nett 24,9 EG EUR/100 kg piż nett 51,7 0201 30 00 9120 B04 EUR/100 kg piż nett 25,4 B03 EUR/100 kg piż nett 15,0 EG EUR/100 kg piż nett 31,0 0202 10 00 9100 B02 EUR/100 kg piż nett 8,1 B03 EUR/100 kg piż nett 2,7 0202 20 30 9000 B02 EUR/100 kg piż nett 8,1 B03 EUR/100 kg piż nett 2,7 0202 20 50 9900 B02 EUR/100 kg piż nett 8,1 B03 EUR/100 kg piż nett 2,7 0202 20 90 9100 B02 EUR/100 kg piż nett 8,1 B03 EUR/100 kg piż nett 2,7 0202 30 90 9100 US EUR/100 kg piż nett 3,3 CA EUR/100 kg piż nett 3,3 0202 30 90 9200 B02 EUR/100 kg piż nett 11,3 B03 EUR/100 kg piż nett 3,8 1602 50 31 9125 B00 EUR/100 kg piż nett 11,6 1602 50 31 9325 B00 EUR/100 kg piż nett 10,3 1602 50 95 9125 B00 EUR/100 kg piż nett 11,6 1602 50 95 9325 B00 EUR/100 kg piż nett 10,3

Versions

  1. 2012-03-22