Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2012 fir-rigward ta’ miżuri ta’ emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3137) (2012/270/UE)

In forceVersion 2012-05-16from 2012-05-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/270@2012-05-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Projbizzjonijiet dwar l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner)
  3. Artikolu 2 Introduzzjoni ta’ tuberi tal-patata fl-Unjoni
  4. Artikolu 3 It-trasport ta’ tuberi tal-patata fl-Unjoni
  5. Artikolu 4 Sondaġġi u notifiki tal-organiżmi speċifikati
  6. Artikolu 5 Żoni demarkati u miżuri li għandhom jittieħdu f’dawn iż-żoni
  7. Artikolu 6 Konformità
  8. Artikolu 7 Applikazzjoni
  9. Artikolu 8 Indirizzati
  10. ANNEX
  11. ANNESS I
  12. TAQSIMA 1 (1)(2)(3)(4)(5) Rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni
  13. TAQSIMA 2 (1)(2)(3) Kundizzjonijiet għat-trasport
  14. ANNESS II ŻONI DEMARKATI U MIŻURI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 5
  15. TAQSIMA 1 (1)(2)(3)(4)(5) Definizzjoni ta’ żoni demarkati
  16. TAQSIMA 2 Miżuri f’żoni demarkati, kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-artikolu 5(1)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità, u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1) Minn stima mwettqa mill-Kummissjoni abbażi ta’ analiżi dwar l-organiżmi li jagħmlu ħsara mwettqa mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti jidher li l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) għandhom effetti ħżiena fuq pjanti suxxettibbli. Huma jaffettwaw, b’mod partikolari, tuberi tas-Solanum tuberosum L., inklużi dawk maħsuba għat-tħawwil, minn hawn ’il quddiem tuberi tal-patata, li huma prodotti fl-Unjoni kollha. Dawk l-organiżmi mhuma elenkati la fl-Anness I u lanqas fl-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE.

(2) Il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni li l-Epitrix cucumeris (Harris) u l-Epitrix similaris (Gentner) huma preżenti f’dak l-Istat Membru. Notifika sottomessa minn Spanja fit-8 ta’ Settembru 2010 turi l-ewwel sejbiet ta’ Epitrix similaris (Gentner) f’reġjun wieħed ta’ dak l-Istat Membru. It-tagħrif disponibbli juri wkoll li l-Epitrix cucumeris (Harris) u l-Epitrix tuberis (Gentner) huma preżenti f’pajjiż terz li attwalment jesporta t-tuberi tal-patata lejn l-Unjoni.

(3) Għandhom jiġu stipulati miżuri dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ tuberi tal-patata minn pajjiżi terzi fejn l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) jew l-Epitrix tuberis (Gentner) huwa magħruf li huma preżenti. Għandhom jiġu stipulati wkoll miżuri dwar it-trasport tat-tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni fl-Unjoni fejn hija kkonfermata l-preżenza ta’ wieħed jew aktar minn dawk l-organiżmi.

(4) Għandhom isiru sondaġġi dwar il-preżenza tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner),l- Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fuq it-tuberi tal-patata u l-għelieqi tal-patata fl-Istati Membri kollha u r-riżultati għandhom jiġu mgħarrfa. L-Istati membri jistgħu wkoll jagħżlu li jagħmlu sondaġġi fuq pjanti oħra.

(5) Il-miżuri għandhom jistipulaw li l-Istati Membri jistabbilixxu żoni demarkati f’każijiet fejn il-preżenza tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) jew l-Epitrix tuberis (Gentner) hija kkonfermata sabiex l-organiżmi kkonċernati jinqerdu jew tal-anqas jiġu kkontrollati u sabiex ikun żgurat monitoraġġ intensiv għall-preżenza tagħhom.

(6) Jekk huwa meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.

(7) Din id-Deċiżjoni għandha tkun fis-seħħ sat-30 ta’ Settembru 2014 sabiex tagħti ż-żmien għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tagħha.

(8) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Projbizzjonijiet dwar l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner)

L-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner), minn hawn ’il quddiem l-organiżmi speċifikati, ma għandhomx jiġu introdotti jew imxerrda fl-Unjoni.

Artikolu 2 Introduzzjoni ta’ tuberi tal-patata fl-Unjoni

1. Tuberi tas-Solanum tuberosum L., inklużi dawk maħsuba għat-tħawwil, minn hawn ’il quddiem tuberi tal-patata, li joriġinaw f’pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jaqblu mar-rekwiżiti speċifiċi fuq l-importazzjoni, kif stipulat fil-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness I

2. Mad-dħul tagħhom fl-Unjoni t-tuberi tal-patata għandhom jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont il-punt (5) tat-Taqsima 1 tal-Anness I.

Artikolu 3 It-trasport ta’ tuberi tal-patata fl-Unjoni

Tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni demarkati fl-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 5 jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (1) tat-Taqsima 2 tal-Anness I. Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (3) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

Artikolu 4 Sondaġġi u notifiki tal-organiżmi speċifikati

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu sondaġġi uffiċjali annwali għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati fuq tuberi tal-patata u, fejn huwa xieraq, fuq pjanti ospitanti oħra, inklużi għelieqi fejn jitkabbru t-tuberi tal-patata, fit-territorji tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati ta’ dawk is-sondaġġi sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

2. Kull preżenza jew preżenza ssuspettata ta’ organiżmu speċifikat għandhom jiġu mgħarrfa mill-ewwel lill-korp uffiċjali responsabbli.

Artikolu 5 Żoni demarkati u miżuri li għandhom jittieħdu f’dawn iż-żoni

1. Fejn abbażi tar-riżultati tas-sondaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1) jew ta’ evidenza oħra, Stat Membru jikkonferma l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat f’parti mit-territorju tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi żona demarkata mingħajr telf ta’ żmien li tkun tikkonsisti f’żona infestata u f’żona ta’ lqugħ, kif stipulat fit-Taqsima 1 tal-Anness II. Huwa għandu jieħu l-miżuri, kif stipulat fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

2. Fejn Stat Membru jieħu l-miżuri skont il-paragrafu 1, huwa għandu jgħarraf minnufih bil-lista ta’ żoni demarkati, jagħti tagħrif dwar id-delimitazzjoni tagħhom, inklużi l-mapep li juru l-lokalità tagħhom, u deskrizzjoni tal-miżuri applikati f’dawk iż-żoni demarkati.

Artikolu 6 Konformità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra d-dħul u t-tixrid tal-organiżmi speċifikati b’tali mod li dawn il-miżuri jkunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 7 Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2014.

Artikolu 8 Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2012. Għall-Kummissjoni John Dalli Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I

TAQSIMA 1 (1)(2)(3)(4)(5) Rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE, tuberi tal-patata li joriġinaw f’pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE (iċ-ċertifikat), li jinkludi t-tagħrif stipulat fil-punti (2) u (3) taħt l-intestatura Dikjarazzjoni addizzjonali. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi jew l-informazzjoni fil-punt (a) jew dik fil-punt (b): Iċ-ċertifikat għandu jinkludi dan li ġej: Fejn l-informazzjoni stipulata fil-punt (2)(a) hija mogħtija, l-isem taż-żona ħielsa mill-organiżmi ta’ ħsara għandha tissemma taħt l-intestatura Post tal-oriġini. Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont il-punti minn (1) sa (4) għandhom jiġu spezzjonati fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE biex ikun ikkonfermat li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti minn (1) sa (4).

(1)(2) Rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni

(a) it-tuberi tal-patata tkabbru f’żona libera minn organiżmi li jagħmlu ħsara stabbilita mill-għaqda nazzjonali għall-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti;

(b) it-tuberi tal-patata nħaslu jew tnaddfu b’mod li ma baqax aktar minn 0,1 % ta’ ħamrija fuqhom, jew inkella għaddew minn metodu ekwivalenti applikat speċifikament sabiex ikollu l-istess riżultat u jneħħi l-organiżmi speċifikati kkonċernati u sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-organiżmi speċifikati.

(1)(2)(3) Rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni

(a) għandu jinkludi l-informazzjoni li t-tuberi tal-patata nstabu ħielsa mill-organiżmi speċifikati kkonċernati u minn kull sintomu tagħhom u ma fihomx aktar minn 0,1 % ħamrija fuqhom f’eżami uffiċjali mwettaq eżatt qabel l-esportazzjoni;

(b) għandu jinkludi l-informazzjoni li l-materjal tal-ippakkjar li fih huma importati t-tuberi tal-patata huwa nadif.

TAQSIMA 2 (1)(2)(3) Kundizzjonijiet għat-trasport

Tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni demarkati fl-Unjoni jistgħu jiġu ttrasportati minn dawn iż-żoni għal żoni mhux demarkati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti ippreparat u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE u jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (2). It-tuberi tal-patata għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont it-Taqsima 1 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (1).

(1)(2) Kundizzjonijiet għat-trasport

(a) it-tuberi tal-patata tkabbru f’post ta’ produzzjoni rreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE jew minn produttur irreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE, jew ittrasportati minn maħżen jew ċentru tad-dispaċċ irreġistrat skont id-Direttiva 93/50/KEE;

(b) it-tuberi tal-patata nħaslu jew tnaddfu b’mod li ma baqax aktar minn 0,1 % ta’ ħamrija fuqhom, jew inkella għaddew minn metodu ekwivalenti applikat speċifikament sabiex ikollu l-istess riżultat u jneħħi l-organiżmi speċifikati kkonċernati u sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-organiżmi speċifikati; u

(c) il-materjal tal-ippakkjar li fih qed jiġu ttrasportati t-tuberi tal-patata huwa nadif.

ANNESS II ŻONI DEMARKATI U MIŻURI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 5

TAQSIMA 1 (1)(2)(3)(4)(5) Definizzjoni ta’ żoni demarkati

Iż-żoni demarkati għandhom jikkonsistu miż-żoni li ġejjin: F’każijiet fejn bosta żoni ta’ lqugħ jidħlu f’xulxin jew ikunu ġeografikament qrib xulxin, għandha tiġi definita żona demarkata li tinkludi ż-żona koperta miż-żoni demarkati rilevanti u ż-żoni ta’ bejniethom. Fid-definizzjoni taż-żona infestata u ż-żona ta’ lqugħ, l-Istati Membri għandhom iżommu f’rashom prinċipji xjentifiċi sodi filwaqt li jagħtu każ ta’ dawn l-elementi: il-bijoloġija tal-organiżmi speċifikati, il-livell tal-infestazzjoni, id-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti, l-evidenza tal-istabbiliment tal-organiżmi speċifiċi, il-kapaċità li għandhom tal-organiżmi speċifiċi biex jixterdu b’mod naturali. Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat ’il barra miż-żona infestata, id-delimitazzjoni taż-żona infestata u taż-żona ta’ lqugħ għandha tiġi rriveduta u mibdula kif xieraq. Fejn fir-rigward ta’ żona demarkata, abbażi tas-sondaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1), ma tkunx instabet il-preżenza tal-organiżmu speċifikat ikkonċernat għal perjodu ta’ sentejn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonferma li l-organiżmu ma għadux preżenti f’dik iż-żona u li ż-żona ma għadhiex demarkata. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1) Definizzjoni ta’ żoni demarkati

(a) żona infestata li tinkludi tal-anqas l-għelieqi fejn hija kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat kif ukoll għelieqi fejn tkabbru tuberi tal-patata infestati; u

(b) żona ta’ lqugħ b’raġġ ta’ mill-inqas 100 m lil hinn minn dik taż-żona infestata; fejn parti minn għalqa hija f’dak ir-raġġ, l-għalqa kollha għandha tkun parti miż-żona ta’ lqugħ.

TAQSIMA 2 Miżuri f’żoni demarkati, kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-artikolu 5(1)

Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’żoni demarkati għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(1) miżuri għall-qerda jew il-kontroll tal-organiżmi speċifiċi inklużi trattamenti u diżinfestazzjoni kif ukoll il-projbizzjoni tat-tħawwil ta’ pjanti ospitanti fejn huwa meħtieġ;

(2) monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati permezz ta’ spezzjonijiet addattati;

(3) sorveljanza tat-trasport tat-tuberi tal-patata ’l barra miż-żoni demarkati.

Versions

  1. 2012-05-16