Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Gamma-Ċiklodestrina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3496) (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku) (2012/288/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/288@2012-06-01/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) Fis-26 ta’ Frar 2010, il-kumpanija Wacker Chemie GmbH għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed fis-suq il-γ-Ċiklodestrina bħala ingredjent ġdid tal-ikel. Il-Gamma-Ċiklodestrina hija karboidrat diġestibbli li jiġi miżjud mal-ikel.
(2) Fid-9 ta’ Lulju 2010, il-korp kompetenti Irlandiż għall-analiżi tal-ikel ħareġ ir-rapport ta’ valutazzjoni preliminari tiegħu. F’dan ir-rapport huwa wasal għall-konklużjoni li l-kumpanija Wacker Chemie GmbH kienet ipprovdiet biżżejjed informazzjoni biex jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ γ-Ċiklodestrina bħala ingredjent ġdid tal-ikel.
(3) Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni preliminari lill-Istati Membri kollha fid-19 ta’ Lulju 2010.
(4) Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet raġunati skont dik id-dispożizzjoni. B’mod partikolari, tqajmu oġġezzjonijiet li jirrigwardaw l-assorbiment ta’ vitamini li huma solubbli fix-xaħam. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1), tinħtieġ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tqis l-oġġezzjonijiet imressqa. Spjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant ikkalmaw dan it-tħassib għas-sodisfazzjon tal-Istati Membri u l-Kummissjoni.
(5) Iż-żieda intenzjonali tal-γ-ċiklodestrina mal-ikel għal skopijiet teknoloġiċi taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel u għandha tiġi awtorizzata skont dak ir-Regolament.
(6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Gamma-Ċiklodestrina kif speċifikata fl-Anness tista’ titqiegħed fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.
Artikolu 2 Id-deżinjazzjoni ta’ γ-Ċiklodestrina awtorizzata b’din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-addittiv ikun Gamma-ċiklodestrina jew γ-ċiklodestrina
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Wacker Chemie AG, Hanns Seidel Platz 4, 81737 München, Germany.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2012. Għall-Kummissjoni John Dalli Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ GAMMA-ĊIKLODESTRINA Sinonimi
γ-ċiklodestrina, γ-destrina, ċikloottaamilożju, ċiklomaltoottaożju, γ-ċikloamilażi
Definizzjoni
Sakkarid ċikliku li ma jirriduċix li jikkonsisti fi tmien unitajiet D-glukopiranosil marbuta-α-1,4 prodotti bl-azzjoni taċ-ċiklodestrina glukosiltransferażi (CGTase, EC 2.4.1.19) fuq lamtu idrolizzat. L-irkupru u l-ippurifikar ta’ γ-ċiklodestrina jistgħu jitwettqu permezz tal-preċipitazzjoni ta’ kumpless γ-ċiklodestrina bi 8-ċikloessadeċen-1-wieħed, id-dissoluzzjoni tal-kumpless bl-ilma u n-dekan, estrazzjoni permezz ta’ fluss ta’ fwar tal-fażi akwea u l-irkupru ta’ gamma-CD mis-soluzzjoni permezz ta’ kristallizzazzjoni. Isem kimiku Ċikloottaamilożju CAS Numru 17465-86-0 Formula Kimika (C6H10O5)8 Formula strutturali Kejl Mhux anqas minn 98 % (bażi xotta) Deskrizzjoni Prattikament bla riħa, solidu kristalizzat abjad jew kważi abjad
Karatteristiċi
Identifikazzjoni
Firxa tat-tidwib Jiddikomponi f’temperatura ogħla minn 285 °C Solubbiltà Jinħall faċilment fl-ilma; jinħall vera ftit fl-etanol Rotazzjoni speċifika [α]D25: Bejn + 174° u + 180° (1 % taħlita)
Purità
Ilma Mhux iktar minn 11 % Kumplessant residwu (8-ċikloessadeċen-1-wieħed (CHDC) Mhux iktar minn 4 mg/kg Solvent residwu (n-dekan) Mhux iktar minn 6 mg/kg Sustanzi li jirriduċu Mhux aktar minn 0,5 % (bħala glukożju) Irmied issulfat Mhux iktar minn 0,1 %