Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2012 għan-nomina tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2016 fi Spanja u l-Polonja (2012/309/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/309@2012-05-10/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019, u partikolarment l-Artikolu 9(3) tagħha,
Waqt li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord tal-Għażla ta’ Ġunju 2011 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura fi Spanja u l-Polonja rispettivament,
Billi:
Filwaqt li kkunsidra li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1622/2006/KE ntlaħqu totalment,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Donostia-San Sebastián u Wrocław huma nnominati bħala Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2016 fi Spanja u l-Polonja.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2012. Għall-Kunsill Il-President U. Elbæk