Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX KOSOVO/1/2012 tat-12 ta’ Ġunju 2012 li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2012/310/PESK)

In forceVersion 2012-06-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/310@2012-06-12/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 (2) tagħha,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 12 (2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PKS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap ta’ Missjoni.

(2) Fil-5 ta’ Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/291/PESK li testendi d-durata ta’ EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2014.

(3) Bid-Deċiżjoni 2010/431/PESK, b’segwitu għal proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (RGħ), il-KPS ħatar lis-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala l-Kap ta’ Missjoni ta’ EULEX KOSOVO b’effett mill-15 ta’ Ottubru 2010, bid-Deċiżjoni 2010/688/PESK, il-KPS estenda l- mandat ta’ tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala l- Kap ta’ Missjoni sal-14 ta’ Diċembru 2011, u bid-Deċiżjoni 2011/849/PESK, hija estendiet dak il-mandat sal-14 ta’ Ġunju 2012.

(4) Fis-7 ta’ Ġunju 2012, ir-RGħ proponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala l-Kap ta’ Missjoni ta’ EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-mandat tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni EULEX KOSOVO huwa b’dan estiż sal-14 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-15 ta’ Ġunju 2012.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2012. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President O. Skoog

Versions

  1. 2012-06-12