Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 332/2012 tat-13 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jeskludi l-kumpanija Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd mill-miżuri definitivi

In forceVersion 2012-04-13from 2012-04-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/332@2012-04-13/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u antisussidji, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi: PROĊEDURA Miżuri fis-seħħ

(1) Bir-Regolament (KE) Nru 130/2006, il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ anti-dumping, li jvarja bejn 0 % u 34,9 %, fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku (AT) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (iċ-Ċina). Ir-rata tad-dazju definittiv ta’ anti-dumping impost fuq l-AT prodott mill-produttur esportatur Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd. (Hangzhou Bioking) kienet ta’ 0 %.

Il-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza u ta’ reviżjoni tal-miżuri fis-seħħ fuq Hangzhou Bioking

(2) Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri ta’ anti-dumping fis-seħħ, fis-27 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza ta’ dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku).

(3) Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed biex tinbeda reviżjoni tal-iskadenza, fis-26 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni ħabbret l-inzjazzjoni ta’ reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (in-Notifika tal-bidu).

(4) Fin-Notifika tal-bidu, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ reviżjoni tal-miżuri fis-seħħ fuq Hangzhou Bioking skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001 sabiex tippermetti kwalunkwe emenda neċessarja tar-Regolament (KE) Nru 130/2006 fid-dawl tal-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO intitolat Il-Messiku - Miżuri anti-dumping definittivi fuq il-Laħam taċ-Ċanga u r-Ross. Fil-paragrafi 305 u 306, dan ir-rapport ikkonkluda li produttur esportatur li ma jinstabx li qed jagħmel dumping fl-investigazzjoni oriġinali għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżura definittiva imposta bħala riżultat ta’ din l-investigazzjoni u ma jistax ikun soġġett għal reviżjoni amministrattiva u ta’ ċirkustanzi mibdula.

Bidu ta’ proċediment ġdid

(5) Fid-29 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-bidu ta’ investigazzjoni dwar anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitata għal Hangzhou Bioking.

L-esklużjoni ta’ Hangzhou Bioking mill-miżuri definittivi ta’ anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 130/2006

(6) Il-kumpanija Hangzhou Bioking għandha tiġi eskluża mill-miżura definittiva ta’ anti-dumping imposta mir-Regolament (KE) Nru 130/2006 sabiex ma taqax taħt żewġ proċedimenti ta’ anti-dumping fl-istess ħin,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 130/2006 huwa b’dan emendat kif ġej: Fl-Artikolu 1(2), fit-tabella, l-annotazzjoni dwar Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd għandha titħassar, u l-annotazzjoni Il-kumpaniji l-oħra kollha għandha toħdilha postha Il-kumpaniji l-oħra kollha (minbarra Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd – kodiċi addizzjonali TARIC A687).

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2012. Għall-Kunsill Il-President N. Wammen

Versions

  1. 2012-04-13