Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 444/2012 tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għas-sitt stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

In forceVersion 2012-05-24from 2012-05-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/444@2012-05-24/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2011/2012 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

(2) Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3) Abbażi tal-offerti riċevuti għas-sitt stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM.

(4) Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Għas-sitt stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fit-23 ta’ Mejju 2012, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2012. Għall-Kummissjoni, F’isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS Dazji doganali minimi (—)(X)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda) l-ebda offerta (EUR/tunnellata) Il-kodiċi NM bi tmien ċifri Dazji doganali minimi 1 2 17011210 X 17011290 X 17011310 X 17011390 — 17011410 306,00 17011490 — 17019100 X 17019910 340,00 17019990 X

Versions

  1. 2012-05-24