Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012 tal-11 ta’ Ġunju 2012 li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2012-06-11from 2012-06-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/493@2012-06-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Kamp ta’ Applikazzjoni
  3. Artikolu 2 Definizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Kalkolu tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ
  5. Artikolu 4 Dħul fis-seħħ
  6. ANNEX
  7. ANNESS I Metodu għall-kalkolu tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi 1.2.3.4.5.6.
  8. ANNESS II Metodu għall-kalkolu tar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat 1.2.
  9. ANNESS III Metodu għall-kalkolu tar-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat 1.2.
  10. ANNESS IV Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu 1. Noti: 2. Noti: 1.2.
  11. ANNESS V Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi tan-nikel u l-kadmju 1. Noti: 2. Noti: 1)2)
  12. ANNESS VI Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għal batteriji u akkumulaturi oħrajn 1. Noti: 2. Noti: 1)2)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE, u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(6)(a) tagħha,

Billi:

(1) Il-proċessi ta’ riċiklaġġ li, bħala parti minn sekwenza ta’ proċessi jew bħala proċess waħdu, jirriċiklaw l-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikil u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn għandu jilħaq l-effiċjenzi minimi ta’ riċiklaġġ stabbiliti fl-Anness III, il-Part B għad-Directive 2006/66/KE.

(2) Ir-regoli dettaljati li jissupplimentaw l-Anness III, il-Parti B għad-Direttiva 2006/66/KE għandhom jiġu stipulati biex tkun ikkalkolata l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ.

(3) Huwa xieraq li jiġi definit il-proċess tar-riċiklaġġ bħala wieħed li jibda wara l-ġbir u l-issortjar possibbli u/jew il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi li jkunu waslu minn impjant ta’ riċiklaġġ u li jintemm meta jiġu prodotti l-frazzjonijiet tal-output li jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom mingħajr ma jkollhom bżonn l-ebda trattament ieħor u ma jkunux baqgħu skart. Sabiex jiġi inkoraġġit it-titjib fit-teknoloġiji tat-trattament eżistenti tar-riċiklaġġ u l-iżvilupp ta’ oħrajn ġodda, l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għandhom jintlaħqu f’kull proċess ta’ riċiklaġġ.

(4) Huwa meħtieġ li tkun definita l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ bħala operazzjoni preliminari qabel ir-riċiklaġġ sabiex issir distinzjoni bejn il-preparazzjoni u l-proċess ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi.

(5) L-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ referenza għall-kompożizzjoni kimika tal-frazzjonijiet tal-input u tal-output u billi jitqiesu l-aħħar żviluppi tekniċi u xjentifiċi u li dawn isiru disponibbli b’mod pubbliku.

(6) Huwa meħtieġ li l-informazzjoni li tkun ser tiġi rrappurtata tkun armonizzata mir-riċiklaturi sabiex tkun sorveljata l-konformità mar-rekwiżiti tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ mal-Unjoni Ewropea kollha.

(7) Ir-riċiklaturi tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi jeħtieġu għall-anqas 18-il xahar sabiex jadattaw il-proċessi teknoloġiċi tagħhom skont ir-rekwiżiti biex tkun ikkalkolata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ.

(8) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċessi tar-riċiklaġġ imwettqa fuq l-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. proċess ta’ riċiklaġġ tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ proċessar mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2006/66/KE li titwettaq fuq l-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikil u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn u li jirriżulta fil-produzzjoni tal-frazzjonijiet tal-output kif definit fil-punt 5 ta’ dan l-Artikolu. Il-proċess tar-riċiklaġġ ma jinkludix l-issortjar u/jew il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ/ir-rimi u jista’ jitwettaq f’impjant wieħed jew f’diversi impjanti.

2. preparazzjoni għar-riċiklaġġ tfisser it-trattament tal-iskart ta’ batteriji u/jew ta’ akkumulaturi, li, inter alia, jinkludu l-ħżin, it-tqandil, il-ħatt tal-kaxxi tal-batteriji jew is-separazzjoni tal-frazzjonijiet li mhumiex parti mill-batterija jew l-akkumulatur stess.

3. effiċjenza tar-riċiklaġġ ta’ proċess tar-riċiklaġġ tfisser il-proporzjon miksub billi l-massa tal-frazzjonijiet tal-output li huwa kontabbli għar-riċiklaġġ jiġi diviż bil-massa tal-frazzjonijiet tal-input tal-iskart tal-batteriji u l-akkumulaturi espressa bħala perċentwali.

4. frazzjoni tal-input tfisser il-massa tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi miġbura li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ kif definit fl-Anness I.

5. frazzjoni tal-output tfisser il-massa tal-materjali li jiġu prodotti mill-frazzjoni tal-input b’riżultat tal-proċess tar-riċiklaġġ, kif definit fl-Anness I mingħajr ma jkollha bżonn l-ebda trattament ieħor, li ma tkunx baqgħet skart jew li ser tintuża għall-iskop oriġinali tagħha jew għal skopijiet oħrajn, iżda li teskludi l-irkupru tal-enerġija.

Artikolu 3 Kalkolu tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ

1. Il-metodu stabbilit fl-Anness I għandu jintuża biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ ta’ proċess għar-riċiklaġġ tal-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikul u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn.

2. Il-metodu stabbilit fl-Anness II għandu jintuża biex tiġi kkalkulata r-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat għal kwalunkwe proċess ta’ riċiklaġġ.

3. Il-metodu stabbilit fl-Anness III għandu jintuża biex tiġi kkalkulata r-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat għal kwalunkwe proċess ta’ riċiklaġġ.

4. Ir-riċiklaturi għandhom jirrapportaw l-informazzjoni murija fl-Anness IV, l-Anness V u l-Anness VI, fuq bażi annwali u għandhom jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux aktar tard minn erba’ xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja kkonċernata. Ir-riċiklaturi għandhom jibagħtu l-ewwel rapporti annwali finanzjarji mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2015.

5. Ir-rappurtar tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ għandu jkopri l-passi individwali kollha tar-riċiklaġġ u l-frazzjonijiet tal-output korrispondenti kollha.

6. Meta jitwettaq proċess ta’ riċiklaġġ f’aktar minn impjant wieħed, l-ewwel riċiklatur huwa responsabbli biex tintbagħat l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 4 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 4 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS I Metodu għall-kalkolu tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi 1.2.3.4.5.6.

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ tal-proċess ta’ riċiklaġġ hija kkalkulata kif ġej: RE = Σ moutputminput × 100, [mass %] fejn: RE l-effiċjenza tar-riċiklaġġ ikkalkulata ta’ proċess ta’ riċiklaġġ għall-fini tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2006/66/KE [f’massa %]; moutput il-massa tal-frazzjonijiet tal-output meqjusa għar-riċiklaġġ f’kull sena kalendarja; minput il-massa tal-frazzjonijiet tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ tal- batteriji f’kull sena kalendarja. L-effiċjenza tar-riċiklaġġ ta’ proċess ta’ riċiklaġġ hija kkalkulata b’mod separat għat-tipi ta’ skart ta’ batteriji li ġejjin: L-effiċjenza tar-riċiklaġġ hija kkalkulata abbażi tal-kompożizzjoni kimika ġlobali (f’livell ta’ element/kompost) tal-frazzjonijiet tal-input u tal-output. Dan li ġej japplika fir-rigward tal-frazzjoni tal-input: L-emissjonijiet fl-atmosfera mhumiex meqjusa għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ. Il-massa tal-frazzjonijiet tal-output kontabbli għar-riċiklaġġ hija l-massa, fuq bażi ta’ piż niexef, tal-element, jew il-komposti li jkun fihom il-frazzjonijiet li jirriżultaw mir-riċiklaġġ ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi f’kull sena kalendarja [f’tunnellati]. Dan li ġej jista’ jkun, inter alia, meqjus għall-frazzjonijiet tal-output: Il-massa tal-frazzjonijiet tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji hija l-massa tal-iskart ta’ batteriji u l-akkumulaturi miġbura fuq bażi ta’ piż niexef li tidħol fil-proċess ta’ riċiklaġġ f’kull sena kalendarja [f’tunnellati], li tinkludi u teskludi:

Batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu;

Batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju; kif ukoll

Batteriji u akkumulaturi oħra.

Ir-riċiklaturi għandhom jiddeterminaw is-sehem ta’ tipi differenti ta’ skart ta’ batteriji jew akkumulaturi preżenti fi frazzjoni tal-input billi jagħmlu analiżi tal-issortjar tal-frazzjoni (permezz ta’ kampjuni kontinwi jew rappreżentattivi);

Il-kompożizzjoni kimika ta’ kull tip ta’ skart ta’ batteriji jew akkumulaturi preżenti fi frazzjoni tal-input hija determinata abbażi tal-kompożizzjoni kimika ta’ batteriji jew akkumulaturi ġodda meta dawn jitqiegħdu fis-suq jew abbażi tad-dejta disponibbli tar-riċiklaturi jew b’informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-batteriji;

Ir-riċikalturi għandhom jiddeterminaw il-kompożizzjoni kimika globali tal-frazzjoni tal-input billi japplikaw l-analiżi tal-kompożizzzjoni kimika għat-tipi ta’ batteriji jew akkumulaturi preżenti fil-frazzjoni tal-input.

Il-karbonju li fil-fatt jintuża bħala aġent li jnaqqas jew li huwa komponent tal-frazzjoni tal-output tal-proċess ta’ riċiklaġġ, jekk dan jirriżulta mill-input tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi, bil-kundizzjoni li jkun iċċertifikat minn awtorità xjentifika indipendenti u li jsir disponibbli pubblikament. Il-karbonju li jintuża għall-irkupru tal-enerġija ma jkunx kontabbli għall-effiċjenza tal-enerġija,

L-ossiġnu, użat bħala aġent ossidanti, jekk dan jirriżulta mill-input tal-iskart ta’ batteriji u akkumalaturi u jekk ikun komponent ta’ frazzjoni tal-output tal-proċess tar-riċiklaġġ. L-emissjonijiet fl-atmosfera mhuwiex meqjus għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ,

Materjali ta’ batteriji u akkumulaturi li jkunu jinsabu fi fdalijiet tajbin u li jintużaw għall-finijiet ta’ riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2006/66/KE minbarra l-bini ta’ miżbliet jew operazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid, sakemm dan ikun konformi mar-rekwiżiti nazzjonali.

Il-fluwidi u l-aċti,

Il-massa tal-kopertura esterna tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi,

il-massa tal-qoxra ta’ barra li tappartjeni għall-pakki tal-batteriji.

ANNESS II Metodu għall-kalkolu tar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat 1.2.

Ir-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat hija kkalkulata kif ġej: RPb = Σ mPb outputmPb input × 100, [mass %] fejn: RPb ir-rata kkalkulata taċ-ċomb riċiklat (Pb) minn proċess ta’ riċiklaġġ għall-fini tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2006/66/KE [f’massa %]; mPb output il-massa tal-Pb fil-frazzjonijiet tal-output meqjusa għar-riċiklaġġ hija s-sehem tal-Pb li jkun hemm f’dawn il-frazzjonijiet li jirriżultaw mir-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu f’kull sena kalendarja [f’tunnelati]; mPb input il-massa tal-Pb fil-frazzjoni tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ ta’ batteriji hija definita bħala l-medja annwali tal-kontenut tal-Pb tal-iskart tal-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu immultiplikat mill-massa tal-input tal-batteriji u akkumulaturi b’aċidu taċ-ċomb f’kull sena kalendarja [f’tunnellati]. Fil-frazzjonijiet tal-output, iċ-ċomb (Pb) li jkun hemm fil-fdalijiet fi tmiem il-proċess tar-riċiklaġġ mhux meqjus għar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat

ANNESS III Metodu għall-kalkolu tar-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat 1.2.

Ir-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat hija kkalkulata kif ġej: RCd = Σ mCd outputmCd input × 100, [mass %] fejn: RCd ir-rata kkalkulata tal-kadmju riċiklat (Cd) minn proċess ta’ riċiklaġġ għall-fini tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2006/66/KE [f’massa %]; mcd output il-massa tas-Cd fil-frazzjonijiet tal-output meqjusa għar-riċiklaġġ hija s-sehem tas-Cd li jkun hemm f’dawn il-frazzjonijiet li jirriżultaw mir-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikel u l-kadmju f’kull sena kalendarja [f’tunnelati]; mcd input il-massa tas-Cd fil-frazzjoni tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ ta’ batteriji hija definita bħala l-medja annwali tal-kontenut tas-Cd tal-iskart tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju mmultiplikat mill-massa tal-input tal-batteriji u akkumulaturi b’nikel-kadmju f’kull sena kalendarja [f’tunnellati]. Fil-frazzjonijiet tal-output, il-kadmju (Cd) li jkun hemm fil-fdalijiet fi tmiem il-proċess tar-riċiklaġġ mhux meqjus għar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat

ANNESS IV Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu 1. Noti: 2. Noti: 1.2.

Għall-input tal-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja: Effiċjenza tar-Riċiklaġġ ta’ Proċess għar-Riċiklaġġ ta’ Batteriji (batteriji taċ-ċomb u l-aċidu) Sena kalendarja Impjant Isem Triq Belt Pajjiż Persuna ta’ Kuntatt Indirizz elettroniku Telefown Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji: Input tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji Deskrizzjoni ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Massa Kompożizzjoni globali tal-input minput t/a Element jew kompost massa % [t/a] Elementi jew komponenti, li mhumiex parti mill-frazzjonijiet tal-input Impuritajiet Qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji Ilma (H2O) Oħrajn Elementi jew komponenti, li jagħmlu parti mill-frazzjonijiet tal-input Ċomb (Pb) Aċidu sulfuriku (H2SO4) Plastik Oħrajn minput, total moutput, Pb moutput, total Effiċjenza tar-Riċiklaġġ (RE): moutput/minput massa % Grad ta’ Pb (RPb) riċiklat: mPb output/mPb input massa % Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja: Stadju tal-proċess 1 Sena kalendarja Impjant Isem Triq Belt Pajjiż Persuna ta’ Kuntatt Indirizz elettroniku Telefown Deskrizzjoni tal-istadju ta’ proċess individwali: Input (skart ta’ batteriji jew skart ta’ frazzjonijiet ta’ batteriji) Deskrizzjoni tal-input Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Piż t/a Output frazzjonijiet intermedjarji Deskrizzjoni ta’ frazzjoni Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Massa Trattament ulterjuri Riċevitur Stadju ta’ proċess ulterjuri t/a Isem 1_1 1_2 1_3 1_4 1_5 1_6 1_7 1_8 1_9 1_10 frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ Element jew kompost Frazzjoni (mhux skart) li fiha l-element jew il-kompost Konċentrazzjoni tal-element jew il-kompost fil-frazzjoni Massa tal-element jew il-kompost li tirriżulta mill-input tal-batteriji Destin tal-frazzjoni massa % t/a moutput, Pb moutput, total

ANNESS V Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi tan-nikel u l-kadmju 1. Noti: 2. Noti: 1)2)

Għall-input tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja: Effiċjenza tar-Riċiklaġġ ta’ Proċess għar-Riċiklaġġ ta’ Batteriji (batteriji tan-nikil u l-kadmju) Sena kalendarja Impjant Isem Triq Belt Pajjiż Persuna ta’ Kuntatt Indirizz elettroniku Telefown Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji: Input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji Deskrizzjoni ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Massa Kompożizzjoni globali tal-input minput t/a Element jew kompost massa % [t/a] Elementi jew komponenti, li mhumiex parti mill-frazzjonijiet tal-input Impuritajiet Qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji Ilma (H2O) Oħrajn Elementi jew komponenti, li jagħmlu parti mill-frazzjonijiet tal-input Kadmju (Cd) Nikil (Ni) Ħadid (Fe) Plastik Elettrolit minput, total moutput, Cd moutput, total Effiċjenza tar-Riċiklaġġ (RE): moutput/minput massa % Grad ta’ Cd (RCd) riċiklat: mCd output/mCd input massa % Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja: Stadju tal-proċess 1 Sena kalendarja Impjant Isem Triq Belt Pajjiż Persuna ta’ Kuntatt Indirizz elettroniku Telefown Deskrizzjoni tal-istadju ta’ proċess individwali: Input (skart ta’ batteriji jew skart ta’ frazzjonijiet ta’ batteriji) Deskrizzjoni tal-input Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Piż t/a Output frazzjonijiet intermedjarji Deskrizzjoni ta’ frazzjoni Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Massa Trattament ulterjuri Riċevitur Stadju ta’ proċess ulterjuri t/a Isem 1_1 1_2 1_3 1_4 1_5 1_6 1_7 1_8 1_9 1_10 frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ Element jew kompost Frazzjoni (mhux skart) li fiha l-element jew il-kompost Konċentrazzjoni tal-element jew il-kompost fil-frazzjoni Massa tal-element jew il-kompost li tirriżulta mill-input tal-batteriji Destin tal-frazzjoni massa % t/a moutput, Cd moutput, total

ANNESS VI Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għal batteriji u akkumulaturi oħrajn 1. Noti: 2. Noti: 1)2)

Għall-input ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja: Effiċjenza tar-Riċiklaġġ ta’ Proċess għar-Riċiklaġġ ta’ Batteriji (batteriji oħrajn) Sena kalendarja Impjant Isem Triq Belt Pajjiż Persuna ta’ Kuntatt Indirizz elettroniku Telefown Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji: Input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji Deskrizzjoni ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Massa Kompożizzjoni globali tal-input minput t/a Element jew kompost massa % [t/a] Elementi jew komponenti, li mhumiex parti mill-frazzjonijiet tal-input Impuritajiet Qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji Ilma (H2O) Oħrajn Elementi jew komponenti, li jagħmlu parti mill-frazzjonijiet tal-input Metalli (eżempju. Fe, Mn, Zn, Ni, Co, Li, Ag, Cu, Al) Merkurju (Hg) Karbonju Plastik Elettrolit minput, total moutput, total Effiċjenza tar-Riċiklaġġ (RE): moutput/minput massa % Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi oħrajn għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja: Stadju tal-proċess 1 Sena kalendarja Impjant Isem Triq Belt Pajjiż Persuna ta’ Kuntatt Indirizz elettroniku Telefown Deskrizzjoni tal-istadju ta’ proċess individwali: Input (skart ta’ batteriji jew skart ta’ frazzjonijiet ta’ batteriji) Deskrizzjoni tal-input Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Piż t/a Output frazzjonijiet intermedjarji Deskrizzjoni ta’ frazzjoni Kodiċi tal-EWC (fakultattiv) Massa Trattament ulterjuri Riċevitur Stadju ta’ proċess ulterjuri t/a Isem 1_1 1_2 1_3 1_4 1_5 1_6 1_7 1_8 1_9 1_10 frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ Element jew kompost Frazzjoni (mhux skart) li fiha l-element jew il-kompost Konċentrazzjoni tal-element jew il-kompost fil-frazzjoni Massa tal-element jew il-kompost li tirriżulta mill-input tal-batteriji Destin tal-frazzjoni massa % t/a moutput, total

Versions

  1. 2012-06-11