Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 49/2012 tad-19 ta’ Jannar 2012 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/49@2012-01-19/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b'mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti elenkati fil-parti XVII tal-Anness I għal dak ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni tista' tiġi koperta b'rifużjoni tal-esportazzjoni.
(2) Minħabba l-qagħda preżenti tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu ffissati r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-rifużjoni tista' tvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.
(4) Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju pprovdut fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Dawn il-prodotti jridu jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel u fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman.
(5) Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa ġew stabbiliti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1058/2011. Peress li għandhom jiġu stabbiliti rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għandu għaldaqstant jitħassar.
(6) Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(7) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u għall-ammonti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjoni pprovduta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 u, b’mod partikolari, għandhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-immarkar tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1058/2011 b’dan qed jitħassar.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2012. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal applikabbli mill-20 ta’ Jannar 2012
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti u l-kodiċijiet tad-destinazzjoni tas-serje A huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1). Kodiċi tal-prodott Destinazzjoni Unità tal-kejl Ammont tar- rifużjoni 0210 11 31 9110 A00 EUR/100 kg 54,20 0210 11 31 9910 A00 EUR/100 kg 54,20 0210 19 81 9100 A00 EUR/100 kg 54,20 0210 19 81 9300 A00 EUR/100 kg 54,20 1601 00 91 9120 A00 EUR/100 kg 19,50 1601 00 99 9110 A00 EUR/100 kg 15,20 1602 41 10 9110 A00 EUR/100 kg 29,00 1602 41 10 9130 A00 EUR/100 kg 17,10 1602 42 10 9110 A00 EUR/100 kg 22,80 1602 42 10 9130 A00 EUR/100 kg 17,10 1602 49 19 9130 A00 EUR/100 kg 17,10