Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 506/2012 tal-14 ta’ Ġunju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kraški pršut (IĠP)]
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/506@2012-06-14/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tas-Slovenja biex id-denominazzjoni Kraški pršut tiddaħħal fi-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Fid-29 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni ġiet innotifikata b’dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni tal-Italja, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, immotivata fil-kuntest tal-Artikolu 7(3)(a) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Bl-ittra tal-14 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibdew il-konsultazzjonijiet rilevanti.
(3) Fi żmien sitt xhur intlaħaq ftehim bejn is-Slovenja u l-Italja, li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Novembru 2010, u li kien jinkludi emendi għall-ispeċifikazzjoni inizjali, speċifikament it-tħassir tar-referenza għall-villaġġ ta’ Štanjel.
(4) Dan it-tħassir jaffettwa ż-żona ġeografika identifikata u għalhekk jista’ jiġi kkunsidrat bħala minuri.
(5) Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni għandha mill-ġdid twettaq l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi Regolament.
(6) Għalhekk, l-applikazzjoni biex id-denominazzjoni Kraški pršut tiddaħħal fir-reġistru, emendata wara li ntlaħaq ftehim bejn is-Slovenja u l-Italja, ġiet ippubblikata mill-ġdid f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(7) Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2012. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)
Klassi 1.2. IS-SLOVENJA
Kraški pršut (IĠP)