Gelex

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 56/2012 tat-23 ta' Jannar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

In forceVersion 2012-01-23from 2012-01-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/56@2012-01-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. Artikolu 19a
  4. 1.
  5. 2.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran li jikkonferma l-miżuri restrittivi meħuda sa mill-2007 u li jipprevedi miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran sabiex jikkonforma mar-Riżoluzzjoni 1929 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-miżuri ta' akkumpanjament kif mitluba mill-Kunsill Ewropew fid-Dikjarazzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010.

(2) Dawn il-miżuri restrittivi jinkludu l-iffriżar tal-assi ta' ċerti persuni u entitajiet.

(3) Fit-23 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK li biha żied istituzzjonijiet finanzjarji mal-lista ta' persuni jew entitajiet milquta, li fir-rigward tagħhom kienu previsti derogi speċifiċi li jikkonċernaw il-finanzjament tal-kummerċ.

(4) Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal- Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5) Huwa għalhekk neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, sabiex jiġu inkorporati id-derogi msemmija hawn fuq.

(6) Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan tal-aħħar għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 huwa emendat kif ġej: Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

Artikolu 1

Artikolu 19a

1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 16 ma għandhomx japplikaw għal:

1.

(a) dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat, abbażi ta' każ b'każ, li l-pagament ma tirċevihx, direttament jew indirettament, kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Anness VII jew VIII; jew

(a)

(i) trasferiment mill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew permezz tiegħu, ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi rċevuti u ffriżati wara d-data tan-nomina tagħha, jew

(ii) trasferiment lill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew permezz tiegħu, ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi fejn it-trasferiment hu relatat ma' pagament minn persuna jew entità mhux elenkata fl-Anness VII jew VIII dovut b'rabta ma' kuntratt kummerċjali speċifiku,

(b) trasferiment magħmul mill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew permezz tiegħu, ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi sabiex tipprovdi lill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri bil-likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ, dment li t-trasferiment ikun ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 16 ma għandhomx jipprojbixxu lill-Bank Tejarat, għal perijodu ta' xahrejn, mid-data li fiha ġie nominat, milli jagħmel ħlas minn fondi u riżorsi ekonomiċi riċevuti u ffriżati wara d-data tan-nomina tiegħu jew milli jirċievi ħlas wara d-data tan-nomina tiegħu, sakemm:

2.

(a) tali ħlas huwa dovut b'rabta ma' kuntratt speċifiku ta' kummerċ; u

(b) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat abbażi ta' każ b'każ li l-ħlas mhuwiex se jiġi riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkati fl-Anness VII u l-Anness VIII..

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton

Versions

  1. 2012-01-23