Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2012 li taħtar membru Awstrijak u membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni (2012/657/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/657@2012-10-22/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,
Billi:
(1) Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.
(2) Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Markus LINHART sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(3) Wara l-ħatra tas-Sur Hannes WENINGER bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
Artikolu 1
(a) bħala membru: u
Is-Sur Hannes WENINGER, Geschäftsführender Gemeinderat und Abgeordneter zum Nationalrat
(b) bħala membru supplenti:
Is-Sur Markus LINHART, Bürgermeister.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ottubru 2012. Għall-Kunsill Il-President S. Aletraris