Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 661/2012 tad-19 ta’ Lulju 2012 li jikkoreġi l-verżjoni Slovena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/661@2012-07-19/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l-Artikoli 113(1)(a) u 121(h), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) Il-verżjoni tal-lingwa Slovena tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 61/2011 fiha żball, jiġifieri fil-punt 4.2 tal-Anness XX, il-kelmiet il-purità trid tiġi ċċekkjata huma żbaljati. Għaldaqstant jeħtieġ li ssir korrezzjoni tal-verżjoni bil-lingwa Slovena. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.
(2) Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu jiġi kkoreġut skont dan.
(3) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Slovena.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2012. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso