Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012 tat-23 ta’ Lulju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/673@2012-07-23/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 36/2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.
(2) Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u f'konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK tat-23 ta’ Lulju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet oħra fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżlin fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton
ANNEX
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1 Persuni Entitajiet
Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Brigadier Sha’afiq Masa Direttur tal-fergħa 215 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. Jipparteċipa fir-repressjoni taċ-ċittadini. 24.7.2012 2. Brigadier Burhan Qadour Direttur tal-fergħa 291 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 3. Brigadier Salah Hamad Viċi Direttur tal-Fergħa 291 tas-Servizzi tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 4. Brigadier Muhammed (jew: Mohammed) Khallouf (magħruf ukoll bħala Abou Ezzat) Direttur tal-fergħa 235 imsejħa Palestina (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art, li tinsab fil-qalba tal-mezzi repressivi tal-armata. Jipparteċipa direttament fir-repressjoni tal-avversarji. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 5. Maġġur Ġeneral Riad al-Ahmed Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura u mill-qtil ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 6. Brigadier Abdul Salam Fajr Mahmoud Direttur tal-fergħa ta' Bab Touma (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 7. Brigadier Jawdat al-Ahmed Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 8. Kurunell Qusay Mihoub Direttur tal-fergħa ta' Deraa (mibgħut minn Damas għal Deraa fil-bidu tar-rewwixti f'din il-belt) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 9. Kurunell Suhail Al-Abdullah Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 10. Brigadier Khudr Khudr Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 11. Brigadier Ibrahim Ma’ala Direttur tal-fergħa 285 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali (issostitwixxa l-Brigadier Hussam Fendi fl-aħħar tal-2011). Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 12. Brigadier Firas Al-Hamed Direttur tal-fergħa 318 (Homs) tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 13. Brigadier Hussam Luqa Direttur tal-fergħa ta' Homs sa minn April 2012 (suċċesser tal-Brigadier Nasr al-Ali) tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 14. Brigadier Taha Taha Responsabbli mis-sit tal-fergħa ta' Lattaquié tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 15. Brigadier Nasr al-Ali Responsabbli mis-sit ta' Deraa sa minn April 2012 (ex-Direttur tal-fergħa ta' Homs) tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. 24.7.2012 16. Bassel Bilal Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib; Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib. 24.7.2012 17. Ahmad Kafan Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib. Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib. 24.7.2012 18. Bassam al-Misri Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib; Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib. 24.7.2012 20. Ahmed al-Jarroucheh Data tat-Twelid: 1957 Direttur tal-fergħa esterna tal-Intelligence Ġenerali (fergħa 279). Bħala tali, huwa responsabbli mill-mezzi tal-Intelligence Ġenerali fl-ambaxxati Sirjani. Jipparteċipa direttament fir-repressjoni mill-awtoritajiet Sirjani tal-avversarji u huwa b'mod partikolari inkarigat mir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana barra mill-pajjiż. 24.7.2012 20. Michel Kassouha (magħruf ukoll bħala Ahmed Salem; magħruf ukoll bħala Ahmed Salem Hassan) Data tat-Twelid: 1 ta' Frar 1948 Membru tas-servizzi ta' sigurtà Sirjana sa mill-bidu tas-snin 1970, huwa involut fil-ġlieda kontra l-avversarji fi Franza u fil-Ġermanja. Sa minn Marzu 2006, huwa responsabbli mir-relazzjonijiet tal-Fergħa 273 tal-Intelligence Ġenerali Sirjana. Uffiċjal tat-Tmexxija storiku, huwa qrib tad-Direttur tal-Intelligence Ġenerali Ali Mamlouk, wieħed mill-uffiċjali ewlenin tas-sigurtà tar-reġim, soġġett għal miżuri restrittivi mill-UE sa mid-9 ta' Mejju 2011. Jappoġġa direttament ir-repressjoni mir-reġim tal-avversarji u huwa b'mod partikolari inkarigat mir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana barra mill-pajjiż. 24.7.2012 21. Ġeneral Ghassan Jaoudat Ismail Data tat-Twelid: 1960 Post tal-oriġini: Derikich, reġjun ta' Tartous. Responsabbli mill-fergħa tal-missjonijiet tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li f'kooperazzjoni mal-fergħa tal-operazzjonijiet speċjali, tmexxi t-truppi élite tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li għandhom rwol importanti fir-repressjoni mir-reġim. Bħala tali Ghassan Jaoudat Ismail jagħmel parti mir-responsabbli militari li jwettqu direttament ir-repressjoni mir-reġim kontra l-oppożizzjoni. 24.7.2012 22. Ġeneral Amer al-Achi (magħruf ukoll bħala Amis al Ashi; magħruf ukoll bħala Ammar Aachi; magħruf ukoll bħala Amer Ashi) Gradwat mill-iskola tal-gwerra ta' Alep, Kap tal-fergħa tal-intelligence tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru (sa mill-2012), qrib ta' Daoud Rajah, ministru tad-difiża Sirjan. Permezz tal-funzjonijiet tiegħu fis-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, Amer al- Achi huwa involut fir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana. 24.7.2012 23. Ġeneral Mohammed Ali Nasr (jew: Mohammed Ali Naser) Data tat-Twelid: madwar 1964 Qrib ta' Maher al-Assad, l-akbar wieħed mill-aħwa tal-president. Għamel il-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu fil-Gwardja Repubblikana. Fl-2010 integra l-fergħa interna (jew il-fergħa 251) tal-Intelligence Ġenerali, li hija responsabbli mill-ġlieda kontra l-oppożizzjoni politika. Bħala wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli tagħha, il-Ġeneral Mohammed Ali jipparteċipa direttament fir-repressjoni kontra l-avversarji. 24.7.2012 24. Ġeneral Issam Hallaq Kap tal-Istat-Maġġur tal-Armata tal-Ajru sa mill-2010. Jikkmanda l-operazzjonijiet tal-ajru kontra l-avversarji. 24.7.2012 25. Ezzedine Ismael Data tat-Twelid: f'nofs is-snin 1940 (probabbilment 1947). Post tat-Twelid: Bastir. Reġjun ta' Jableh. Ġeneral irtirat u uffiċjal tat-tmexxija storiku tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li kien il-kap tagħha fil-bidu tas-snin 2000. Inħatar kunsillier politiku u tas-sigurtà tal-President 2006. Bħala kunsillier politiku u tas-sigurtà tal-President Sirjan, Ezzedine Ismael huwa involut fil-politika repressiva mir-reġim kontra l-avversarji. 24.7.2012 26. Samir Joumaa (magħruf ukoll bħala Abou Sami) Data tat-Twelid: madwar 1962 Ilu madwar 20 sena direttur tal-kabinett ta' Mohammad Nassif Kheir Bek, wieħed mill-kunsillieri tas-sigurtà ewlenin ta' Bachar al-Assad (li għandu uffiċjalment il-kariga ta' viċi tal-Viċi President Farouk al-Chareh). Il-fatt li huwa qrib ta' Bachar al-Asad u Mohammed Nassif Kheir Bek jinvolvi lil Samir Joumaa fil-politika repressiva mir-reġim kontra l-avversarji. 24.7.2012 Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Drex Technologies S.A. Data ta' Inkorporazzjoni: 4 ta' Lulju 2000 Numru ta' Inkorporazzjoni: 394678 Direttur: Rami Makhlouf Aġent Irreġistrat: Mossack Fonseca & Co (BVI) Ltd Drex Technologies hija kompletament proprjetà ta' Rami Makhlouf, li huwa elenkat taħt is-sanzjonijiet tal-UE minħabba l-għoti ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. Rami Makhlouf juża Drex Technologies biex jiffaċilita u jmexxi l-holdings finanzjarji internazzjonali tiegħu, li jinkludu sehem maġġuri minn SyriaTel, preċedentement elenkata mill-UE fuq raġunijiet ta' għoti ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. 24.7.2012 2. Cotton Marketing Organisation Indirizz: Bab Al-Faraj P.O. Box 729, Alep Tel: +96321 2239495/6/7/8 Cmo-aleppo@mail.sy www.cmo.gov.sy Kumpannija proprjetà tal-Istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. 3. Syrian Arab Airlines (magħrufa wkoll bħala SAA, magħrufa wkoll bħala Syrian Air) Al-Mohafazeh Square, P.O. Box 417, Damasku, is-Sirja Tel: +963112240774 Kumpannija pubblika kkontrollata mir-reġim. Tappoġġa finanzjarjament lir-reġim. 24.7.2012