Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 708/2012 tat-2 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/708@2012-08-02/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 jagħti effett lill-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Dan ir-Regolament jipprevedi, inter alia, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà, miżmuma jew kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX għalih.
(2) Sabiex jiġu ċċarati l-kriterji għall-elenkar ta l-persuni, l-entitajiet u l-korpi fl-Anness IX għal dan ir-Regolament, hija meħtieġa emenda għall-Artikolu 23.
(3) Dan ir-Regolament jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex jiġi implimentat hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat b’dan il-mod.
(5) Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Artikolu 23, il-punt (e) tal-paragrafu 2 tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 1
(e) huma persuna, entità jew korp ġuridiku, li huwa proprjetà jew ikkontrollat mill-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL), jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012. Għall-Kunsill Il-President A. D. Mavroyiannis