Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2012 tas-17 ta’ Settembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co Ltd) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/832@2012-09-17/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din.
(2) F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-klorur tal-ammonju. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(3) L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-klorur tal-ammonju, kif speċifikat fl-Anness, bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi addittivi żootekniċi.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità), fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2012 ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti u għal perjodu limitat ta’ għalf, il-preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju, kif speċifikat fl-Anness, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jnaqqas il-valur ta’ pH fl-urina fil-ħrief għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(5) Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-klorur tal-ammonju, kif speċifikata fl-Anness turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
(6) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi addittivi żootekniċi u għall-grupp funzjonali addittivi żootekniċi oħra, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS 1.2.3.
In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni Addittiv Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku Speċi jew kategorija ta’ annimali Età massima Kontenut minimu Kontenut massimu Dispożizzjonijet oħra Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH fl-urina) 4d7 Latochema Co Ltd Klorur tal-ammonju Ħrief għat-tismin — — 10000 L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel. Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn, ingwanti, u lbies protettiv. Għalf li jkun fih l-addittiv m’għandux jingħata għal perjodu itwal minn tliet xhur. It-8 ta’ Ottubru 2022
Il-kompożizzjoni tal-addittiv Klorur tal-ammonju ≥ 99,5 % (Għamla solida)
Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Klorur tal-ammonju ≥ 99,5 % NH4Cl Nru tal-CAS: 12125-02-9 Klorur tas-sodju ≤ 0,5 % Magħmul b’sinteżi kimika
Metodu ta’ Analiżi Kwantifikazzjoni ta’ klorur tal-ammonju fl-addittiv fl-għalf: titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (Pharmacopoeia Ewropea, monografija 0007) jew titrazzjoni man-nitrat tal-fidda (monografija JECFAklorur tal-ammonju).