Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2012 tas-27 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2012/2013
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/892@2012-09-27/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [ir-Regolament dwar l-OKS Unika], u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor, jipprovdi li l-prezzijiet ta' importazzjoni CIF taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat għall-kwalità standard definita fl-Anness IV, il-punti II u III, tar-Regolament(KE) Nru 1234/2007 jitqiesu bħala l-prezzijiet rappreżentattivi.
(2) Biex dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi.
(3) Biex ikunu aġġustati l-prezzijiet li mhumiex ibbażati fuq il-kwalità standard, għaz-zokkor abjad, jeħtieġ li jiġu applikati għall-offerti aċċettati ż-żidiet jew it-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. F'dak li jirrigwarda z-zokkor mhux ipproċessat, jeħtieġ li jiġi applikat il-metodu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni ddefinit fil-punt b) tal-istess paragrafu.
(4) Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali għall-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.
(5) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.
(6) Sabiex jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.
(7) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2012. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS Prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 17029095, applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2012
(f'EUR) Kodiċi NM Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat 17011210 35,54 0,49 17011290 35,54 3,95 17011310 35,54 0,62 17011390 35,54 4,24 17011410 35,54 0,62 17011490 35,54 4,24 17019100 44,46 4,13 17019910 44,46 1,00 17019990 44,46 1,00 17029095 0,44 0,25