Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 95/2012 tas-6 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1125/2010 rigward iċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali fil-Ġermanja
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2012/95@2012-02-06/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), [ir-Regolament dwar l-OKS Unika] u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009 jistipula, fl-Anness għalih, iċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali.
(2) B’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni l-lista emendata taċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali tagħha, kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li kienu ġew approvati bħala konformi mal-istandards minimi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(3) Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1125/2010 jiġi emendat skont dan, u li tiġi ppubblikat fuq l-Internet il-lista tal-istallazzjonijiet tal-ħżin marbuta magħhom, flimkien mal-informazzjoni relatata kollha meħtieġa mill-operaturi involuti fl-intervent pubbliku.
(4) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1125/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2012. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1125/2010, it-Taqsima intitolata IL-ĠERMANJA qed tinbidel b’dan li ġej:
IL-ĠERMANJA
Andernach Aschersleben Augsburg Bad Gandersheim Bad Oldesloe Beverungen Brake Bremen Büdelsdorf Bülstringen Büsum Buttstädt Dessau-Roßlau Drebkau Ebeleben Eberswalde Eilenburg Emden Gransee Halle Hamburg Hanau Heiligenhafen Hildesheim Holzminden Hoya Itzehoe Kappeln Karstädt Ketzin Kiel Krefeld Kyritz Lübeck Lüneburg Magdeburg Malchin Mannheim Neubrandenburg Nienburg Nordhackstedt Northeim Ochsenfurt Pasewalk Querfurt Regensburg Rethem/Aller Riesa Rinteln Rosdorf Rostock Salzhemmendorf Salzwedel Schwerin Stralsund Stuttgart Torgau Trebsen Würzburg Ziegra-Knobelsdorf