Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/1034@2013-10-24/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dik il-lista tinkludi l-fosfid tal-aluminju.
(2) Il-fosfid tal-aluminju ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 23, prodotti għall-kontroll ta’ vertebrati oħra, kif iddefiniti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodotti tat-tip 20 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(3) Il-Ġermanja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-23 ta’ Lulju 2010 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.
(4) Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati f’rapport ta’ valutazzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fis-27 ta’ Settembru 2013.
(5) Minn dak ir-rapport jidher li wieħed jista’ jistenna li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 23 u li fihom il-fosfid tal-aluminju jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE.
(6) Għalhekk huwa xieraq li jiġi approvat il-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20.
(7) Billi l-evalwazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni m’għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(8) Perjodu ta’ żmien raġonevoli għandu jitħalla jgħaddi qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex l-Istati Membri, il-partijiet interessati, u l-Kummissjoni fejn xieraq, jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda kif meħtieġ.
(9) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
Isem Komuni Isem tal-IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni Grad minimu tal-purezza tas-sustanza attiva Data tal-approvazzjoni Data ta’ skadenza tal-approvazzjoni Tip ta’ prodotti Kundizzjonijiet speċifiċi Fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina Isem tal-IUPAC: Fosfid tal-aluminju Nru tal-KE: 244-088-0 Nru tal-CAS: 20859-73-8 830 gm/kg fl-1 ta’ Lulju 2015. fit-30 ta’ Ġunju 2025. 20 Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-espożizzjonijiet, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1) Il-prodotti għandhom jinbiegħu biss lil utenti professjonali mħarrġin apposta u għandhom jintużaw minnhom biss.
(2) Fid-dawl tar-riskji li ġew identifikati għall-operaturi, jeħtieġ li jiġu applikati miżuri xierqa għat-taffija tar-riskju. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, l-użu ta’ tagħmir protettiv personali, l-użu ta’ applikaturi u l-preżentazzjoni tal-prodott f’forma maħsuba biex titnaqqas l-espożizzjoni tal-operaturi għal livell aċċettabbli.
(3) Fid-dawl tar-riskji li ġew identifikati għall-ispeċijiet terrestri mhux fil-mira, jeħtieġ li jkunu applikati miżuri xierqa għat-taffija tar-riskju. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, li ma jiġux ittrattati żoni fejn ikunu preżenti mammiferi oħra li jħaffru taħt l-art għajr l-ispeċi fil-mira.