Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1124/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva bifenoks (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2013-11-08from 2013-11-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/1124@2013-11-08/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
  3. Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ
  4. ANNEX
  5. PARTI A
  6. PARTI B

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Diretta tal-Kummissjoni 2008/66/KE inkludiet il-bifenoks bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE.

(2) Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tniżżlu fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011.

(3) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 il-Belġju ressaq talba lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-approvazzjoni tal- bifenoks fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid li jirriżulta mill-informazzjoni li tressqet lil dak l-Istat Membru min-notifikatur skont l-Artikolu 56(1) ta’ dak ir-Regolament. Dik l-informazzjoni kellha x’taqsam ma’ formazzjoni ta’ nitrofen li ġejja mill-applikazzjoni tal-bifenoks.

(4) Il-Belġju vvaluta l-informazzjoni li ressaq in-notifikatur. Fil-21 ta’ Marzu 2013 dan ressaq il-valutazzjoni tiegħu, fil-forma ta’ addendum għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem l-Awtorità.

(5) Fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li hemm indikazzjonijiet li l-bifenoks ma għadhiex tilħaq il-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(6) Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex iressaq il-kummenti tiegħu.

(7) Billi f’ċerti kundizzjonijiet ambjentali, l-użu tal-bifenoks għandu l-potenzjal li jifforma nitrofen, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li ma jistax jiġi eskluż riskju għall-ambjent ħlief bl-impożizzjoni ta’ aktar restrizzjonijiet.

(8) Hu konfermat li s-sustanza attiva binefoks trid titqies li kienet ġiet approvata bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-potenzal tal-bifenoks li jifforma nitrofen u jimponu restrizzjonijiet fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-użu, meta xieraq.

(9) Għalhekk l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(10) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS

Il-kolonna Dispożizzjonijiet speċifiċi tar-ringiela 180, il-binefoks, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b’dan li ġej:

PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-bifenoks u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-14 ta’ Marzu 2008. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil: L-Istati Membri għandhom jimponu restrizzjonijiet fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-użu, meta jixraq fid-dawl tal-punt (c).

(a) is-sikurezza tal-operaturi u li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-użu ta’ tagħmir tal-protezzjoni personali meta xieraq;

(b) l-esponiment dijetetiku tal-konsumaturi għar-residwu tal-bifenoks fi prodotti li ġejjin mill-annimali u minn uċuħ tar-raba’ rotazzjonali suċċessivi;

(c) il-kundizzjonijiet ambjentali li jwasslu għall-formazzjoni potenzjali ta’ nitrofen.

Versions

  1. 2013-11-08