Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/1154@2013-11-15/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Waqt li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
(1) Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.
(2) Permezz tas-Sentenzi tagħha tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi T-493/10, T-4/11 u T-5/11, T-12/11, T-13/11, T-24/11, T-42/12 u T-181/12, T-57/12 u T-110/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni ta’ Persia International Bank plc, Export Development Bank of Iran, Iran Insurance Company, Post Bank Iran, Bank Refah Kargaran, Naser Bateni, Good Luck Shipping LLC u Iranian Offshore Engineering & Construction Co. mal-lista ta’ u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.
(3) Persia International Bank plc, Export Development Bank of Iran, Iran Insurance Company, Post Bank Iran, Bank Refah Kargaran, Naser Bateni, Good Luck Shipping LLC u Iranian Offshore Engineering & Construction Co. għandhom jerġgħu jiġu inklużi mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, abbażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet ġodda rigward kull wieħed u waħda minnhom.
(4) Għandha tiġi inkluża entità addizzjonali mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, għandha tiġi emendata l-informazzjoni identifikattiva fir-rigward ta’ entità oħra.
(5) Konsegwentement għas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-421/11, Qualitest FZE mhijiex inkluża fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.
(6) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013. Għall-Kunsill Il-President R. Šadžius
ANNEX
ANNESS
I.
Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma miżjudin mal-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012
I.
Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran
B.
Entitajiet Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Post Bank of Iran (magħruf ukoll bħala Post Bank Iran, Post Bank) 237, Motahari Ave., Tehran, Iran 1587618118 Sit elettroniku: www.postbank.ir Kumpannija li fil-parti l-kbira tagħha tappartjeni lill-Gvern tal-Iran u tagħti appoġġ finanzjaru lill-Gvern tal-Iran. 16.11.2013 2. Iran Insurance Company (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran) 121 Fatemi Ave., P.O. Box 14155-6363 Tehran, IranP.O. Box 14155-6363, 107 Fatemi Ave., Tehran, Iran Kumpannija li tappartjeni lill-Gvern u li tagħti appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. 16.11.2013 3. Export Development Bank of Iran (EDBI) (inklużi l-fergħat kollha u s-sussidjarji) Export Development Building, 21th floor, Tose’e tower, 15th st, Ahmad Qasir Ave, Tehran - Iran, 15138-35711 next to the 15th Alley, Bokharest Street, Argentina Square, Tehran, Iran; Tose’e Tower, Kantuniera ma’ 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran; No. 129, 21 ‘s Khaled Eslamboli, No. 1 Building, Tehran, Iran; Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: Nru. 86936 (Iran) Kumpannija li tappartjeni lill-Gvern u li tagħti appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. 16.11.2013 4. Persia International Bank Plc Number 6 Lothbury, Kodiċi Postali ta’ Londra: EC2R 7HH, Renju Unit Entità li tappartjeni lilentitajiet elenkati Bank Mellat u Bank Tejarat. 16.11.2013 5. Iranian Offshore Engineering & Construction Co (IOEC) 18 Shahid Dehghani Street, Qarani Street, Tehran 19395-5999 Or: No.52 North Kheradmand Avenue (Is-sitt kantuniera ta’ 6th Alley) Tehran, IRAN Sit elettroniku: http://www.ioec.com/ Entità importanti fis-settur tal-enerġija li tipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Iran. Effettivament, IOEC tagħti appoġġ finanzjarju u loġistiku lill-Gvern tal-Iran. 16.11.2013 6. Bank Refah Kargaran (magħruf ukoll bħala Bank Refah) 40, North Shiraz Street, Mollasadra Ave., Vanak Sq., Tehran, Postal Code 19917, Iran Swift: REF AIRTH Entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran. Tappartjeni 94 fil-mija lill-Iranian Social Security Organisation, u min-naħa tagħha din hija kkontrollata mill-Gvern tal-Iran, u tipprovdi servizz bankarji lill-ministeri tal-gvern. 16.11.2013
III.
Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)
A.
Persuni Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Naser Bateni Twieled fis-16 ta’ Diċembru 1962, Iranjan. Naser Bateni jaġixxi f’isem IRISL. Huwa kien direttur ta’ IRISL sal-2008 u sussegwentement kien Direttur Maniġerjali ta’ IRISL Europe GmbH. Huwa d-Direttur Maniġerjali ta’ Hanseatic Trade and Trust Shipping GmbH (HTTS) li bħala l-aġent ġenerali tagħhom tipprovdi servizzi essenzjali lil Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) u lil Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines), it-tnejn li huma entitajiet elenkati li jaġixxu f’isem IRISL. 16.11.2013
B.
Entitajiet Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Good Luck Shipping Company LLC (magħrufa wkoll bħala Good Luck Shipping Company) P.O. BOX 5562, Dubai; jew P.O. Box 8486, Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda Good Luck Shipping Company LLC, bħala l-aġent għal Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines) fl-Emirati Għarab Magħquda, tipprovdi servizzi essenzjali lil HDS Lines li hija entità elenkata li taġixxi f’isem IRISL. 16.11.2013 2. Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH Indirizz postali: Schottweg 7, 22087 Ħamburg, il-Ġermanja; Indirizz alternattiv: Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township. Hanseatic Trade and Trust Shipping GmbH (HTTS) hija l-aġent ġenerali għal u bħala tali tipprovdi servizzi essenzjali lil Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) u lil Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines), li t-tnejn huma entitajiet identifikati bħala li jaġixxu f'isem IRISL. 16.11.2013
II.
L-entrata għall-entità li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 elenkata hawn taħt għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab hawn taħt
B.
Entitajiet Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Onerbank ZAO (magħruf ukoll bħala Onerbank ZAT, Eftekhar Bank, Honor Bank, Honorbank, North European Bank) Ulitsa Klary Tsetkin 51- 1, 220004, Minsk, Bjelorussja Bank ibbażat fil-Bjelorussja li jappartjeni lill-Bank Refah Kargaran, lill-Bank Saderat u lill-Bank Toseeh Saderat Iran 23.5.2011