Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1172/2013 tat-18 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kiwi de l’Adour (IĠP)]

In forceVersion 2013-11-18from 2013-12-10
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/1172@2013-11-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Metodu ta’ produzzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u partikolarment it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta Kiwi de l’Adour, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 419/2009.

(2) It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża l-mod ta’ fertilizzazzjoni tal-pjanta. Din l-emenda ma wasslitx għal emenda fis-sommarju ppubblikat.

(3) Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda żgħira skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura mogħtija fl-Artikoli 50 sa 52 ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta Kiwi de l’Adour hija b’dan emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2013. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Dacian Cioloș Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta Kiwi de l’Adour, ġiet approvata l-emenda li ġejja:

Metodu ta’ produzzjoni

Flok L-applikazzjoni tan-nitroġenu (fil-forma ta’ fertilizzant solubbli) ma għandhiex taqbeż is-6 kg kull tunnellata ta’ frott prodott, jew applikazzjoni tan-nitroġenu kull ettaru limitat għal 200 unità ta’ nitroġenu jew, għall-imsaġar eċċezzjonali msemmija qabel, 250 unità ta’ nitroġenu, aqra L-applikazzjoni tan-nitroġenu (fil-forma ta’ fertilizzant solubbli) ma għandhiex taqbeż is-70 unità ta’ nitroġenu kull ettaru kull sena (meħtieġ għat-tkabbir tal-pjanta) biż-żieda ta’ 4 unità kull tunnellata frott prodott kull ettaru kull sena, soġġett għal limitu ta’ 250 unità ta’ nitroġenu kull ettaru kull sena. L-emenda tikkonċerna l-evoluzzjoni tal-mod ta’ fertilizzazzjoni tal-pjanta Kiwi de l’Adour, skont il-bżonnijiet tal-pjanta u tal-frott. Biex il-kultivaturi jkollhom aktar flessibbiltà fl-iffertilizzar tal-pjanti żgħażagħ, partikularment fid-dawl tal-kundizzjonijiet klimatiċi, l-emenda mwettqa tqis aktar id-diviżjoni tal-inputs. Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni kkonsolidata: http://agriculture.gouv.fr/IMG/pdf/20130206_cdc_kiwideladour_bo_cle8134b7.pdf

Versions

  1. 2013-11-18