Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1250/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Českobudějovické pivo (IĠP)]
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/1250@2013-12-02/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tar-Repubblika Ċeka biex tiġi approvata emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta Českobudějovické pivo, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 kif emendat bl-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni Ewropea.
(2) Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.
(3) Billi ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għandha tkun approvata,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-emenda għall-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Dacian Cioloș Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fil-Parti I tal-Anness I, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
Klassi 2.1. Birer
Klassi 2.1. IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Českobudějovické pivo (IĠP)