Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 li jemenda l-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp

In forceVersion 2013-02-13from 2013-03-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/127@2013-02-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. ANNESS I PAJJIŻI ELIĠIBBLI TAĦT L-ARTIKOLU 1(1)
  5. L-Amerika Latina 1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13.14.15.16.17.18.
  6. L-Asja 19.20.21.22.23.24.25.26.27.28.29.30.31.32.33.34.35.36.37.
  7. L-Asja Ċentrali 38.39.40.41.42.
  8. Il-Lvant Nofsani 43.44.45.
  9. L-Afrika t’Isfel 46.
  10. ANNESS II LISTA TAL-OECD/DAC TA’ REĊIPJENTI TAL-ODA Rapportar effettiv tal-flussi tal-2011, l-2012 u l-2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi eliġibbli bbażata fuq il-lista tar-reċipjenti tal-għajnuna tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD/DAC), li għandha tiġi emendata mill-Kummissjoni skont reviżjonijiet regolari mill-OECD/DAC tal-listi tagħhom ta’ riċevituri tal-għajnuna.

(2) Għall-għan ta’ definizzjoni ta’ persuni eliġibbli biex jieħdu sehem fl-għotja ta’ akkwisti pubbliċi jew kuntratti ta’ għotjiet, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistabbilixxi il-lista tar-riċevituri tal-għajnuna tal-OECD/DAC, li għandha tiġi ppubblikata u aġġornata skont l-istess reviżjonijiet.

(3) Barra r-reviżjoni tal-lista tar-riċevituri tal-għajnuna tal-OECD/DAC, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b’ dan. Il-Kummissjoni għandha wkoll taġġorna u tippubblika l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b’dan.

(4) Huwa għalhekk xieraq li jitħassar l-Oman mil-lista ta’ pajjiżi eliġibbli skont l-Artikolu 1(1) kif stabbilit fl-Anness I, u jiġi aġġornat l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 skont dan.

(5) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati b’dan kif xieraq,

ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

1. L-Anness I jinbidel bit-test li jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Anness II jinbidel bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS I PAJJIŻI ELIĠIBBLI TAĦT L-ARTIKOLU 1(1)

L-Amerika Latina 1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13.14.15.16.17.18.

L-Arġentina Il-Bolivja Il-Brażil Iċ-Ċilì Il-Kolombja Il-Kosta Rika Kuba L-Ekwador El Salvador Il-Gwatemala Il-Ħonduras Il-Messiku In-Nikaragwa Il-Panama Il-Paragwaj Il-Perù L-Urugwaj Il-Venezwela

L-Asja 19.20.21.22.23.24.25.26.27.28.29.30.31.32.33.34.35.36.37.

L-Afganistan Il-Bangladexx Il-Butan Il-Kambodja Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina L-Indja L-L-Indoneżja Ir-Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea Il-Laos Il-Malasja Il-Maldive Il-Mongolja Il-Mjanmar In-Nepal Il-Pakistan Il-Filippini Is-Sri Lanka It-Tajlandja Il-Vjetnam

L-Asja Ċentrali 38.39.40.41.42.

Il-Kazakistan Ir-Repubblika Kirgiża It-Taġikistan It-Turkmenistan L-Użbekistan

Il-Lvant Nofsani 43.44.45.

L-Iran L-Iraq Il-Jemen

L-Afrika t’Isfel 46.

L-Afrika t’Isfel

ANNESS II LISTA TAL-OECD/DAC TA’ REĊIPJENTI TAL-ODA Rapportar effettiv tal-flussi tal-2011, l-2012 u l-2013

Il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati Pajjiżi Oħrajn bi Dħul Baxx (DNG per capita < USD 1005 fl-2010) Pajjiżi u Territorji bi Dħul Medju Baxx (DNG per capita < USD 1006 – USD 3975 fl-2010) Pajjiżi u Territorji bi Dħul Medju Għoli (DNG per capita < USD 3976 – USD 12275 fl-2007) L-Afganistan Il-Kenja L-Armenja L-Albanija L-Angola Ir-Repubblika Demokratika Popolari Tal-Korea Il-Belize L-Alġerija Il-Bangladexx Ir-Rep. Tal-Kirgistan Il-Bolivja Angwilla Il-Benin Is-Sudan t’Isfel Il-Kamerun Antigwa u Barbuda Il-Butan It-Taġikistan Il-Kap Verde L-Arġentina Burkina Faso Iż-Żimbabwe Ir-Rep. tal-Kongo L-Ażerbajġan Il-Burundi Il-Côte d’Ivoire Il-Bjelorussja Il-Kambodja L-Eġittu Il-Bosnja-Ħerzegovina Ir-Rep. tal-Afrika Ċentrali El Salvador Il-Botswana Iċ-Ċad Fiġi Il-Brażil Il-Komoros Il-Ġeorġja Iċ-Ċilì Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo Il-Gana Ir-Repubblika Popolari Taċ-Ċina Ġibuti Il-Gwatemala Il-Kolombja Il-Ginea Ekwatorjali Il-Gujana Il-Gżejjer Cook L-Eritrea Il-Ħonduras Il-Kosta Rika L-Etjopja L-Indja Kuba Il-Gambja L-Indoneżja Id-Dominika Il-Ginea L-Iraq Ir-Repubblika Dominikana Il-Ginea Bissaw Il-Kosovo L-Ekwador Ħaiti Il-Gżejjer Marshall Dik Li Kienet Ir-Repubblika Jugoslava Tal-Maċedonja Kiribati Il-Mikronesja, Stati Fed. Gabon Il-Laos Il-Moldova Grenada Il-Lesoto Il-Mongolja L-Iran Il-Liberja Il-Marokk Il-Ġamajka Il-Madagaskar In-Nikaragwa Il-Ġordan Il-Malawi In-Niġerja Il-Kazakistan Mali Il-Pakistan Il-Libanu Il-Mawritanja Il-Papwa Ginea Ġdida Il-Libja Il-Możambik Il-Paragwaj Il-Malasja Il-Mjanmar Il-Filippini Il-Maldive In-Nepal Is-Sri Lanka Il-Mawrizju In-Niġer Is-Sważiland Il-Messiku Ir-Rwanda Is-Sirja Il-Montenegro Is-Samoa It-Tokelaw Montserrat São Tomé u Príncipe Tonga In-Namibja Is-Senegal It-Turkmenistan Nawru Sjerra Leone L-Ukraina Nju Il-Gżejjer Solomon L-Użbekistan Il-Palaw Is-Somalja Il-Vjetnam Il-Panama Is-Sudan Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża Il-Perù It-Tanzania Is-Serbja It-Timor Leste Is-Seychelles It-Togo L-Afrika t’Isfel Tuvalu Sant’Elena L-Uganda Saint Kitts u Nevis Il-Vanwatu Sta. Luċija Il-Jemen Saint Vincent u l-Grenadini Iż-Żambja Is-Surinam It-Tajlandja It-Tuneżija It-Turkija L-Urugwaj Il-Venezwela Wallis u Futuna

Versions

  1. 2013-02-13