Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1341/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa f’Novembru 2013 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/1341@2013-12-13/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-20 u t-30 ta’ Novembru 2013 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.F, I.H, I.I, u I.J u I.K tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, imressqa matul il-perjodu bejn l-20 u t-30 ta’ Novembru 2013, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS
I.A
— Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4590 — 09.4599 100 % 09.4591 — 09.4592 — 09.4593 — 09.4594 — 09.4595 3,495052 % 09.4596 100 %
I.F Prodotti li joriġinaw mill-Isvizzera
Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4155 100 %
I.H Prodotti li joriġinaw min-Norveġja
Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4179 100 %
I.I Prodotti li joriġinaw mill-Islanda
Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4205 100 % 09.4206 100 %
I.J Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova
— Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4210 —
I.K Prodotti li joriġinaw min-New Zealand
Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4514 100 % 09.4515 100 %