Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2013, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

In forceVersion 2013-02-18from 2013-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/136@2013-02-18/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97, u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jistipula d-dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

(2) Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1088/2012 tal-20 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2013 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku stabbilixxa l-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2013 fil-Baħar Baltiku.

(3) Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista’ teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd meta l-qabdiet tal-merluzz kienu taħt ċertu livell limitu fl-aħħar perjodu ta’ rappurtar.

(4) Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku, u Ekonomiku għas-Sajd, fl-2013 is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd.

(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1088/2012 se japplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Biex tkun żgurata l-koerenza ma’ dak ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2013.

(6) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES fis-sena 2013.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2013-02-18