Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2013 li tawtorizza l-użu tal-annimali bovini f’riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom fi Spanja wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-BSE (notifikata bid-dokument C(2013) 1473) (It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku) (2013/137/UE)

In forceVersion 2013-03-15from 2013-03-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/137@2013-03-15/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 2.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament jipprevedi għall-miżuri ta’ eradikazzjoni li jridu jiġu applikati meta tkun ġiet ikkonfermata b’mod uffiċjali l-preżenza ta’ TSE. Dawn il-miżuri jikkonsistu b’mod partikolari fil-qatla u l-qerda sħiħa tal-annimali u l-prodotti li ġejjin mill-annimali li ġew identifikati li huma f’riskju (annimali bovini f’riskju) minħabba rabta epidemoloġika mal-annimali affettwati.

(2) Spanja ressqet talba lill-Kummissjoni għal deċiżjoni biex ikun permess l-użu ta’ annimali bovini f’riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom permezz ta’deroga mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(3) Il-miżuri ta’ kontroll imressqa minn Spanja jipprevedu għar-restrizzjoni stretta tal-moviment u t-traċċabbiltà tal-annimali bovini b’tali mod li l-livell attwali ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimal ma jkunx perikolat.

(4) Abbażi ta’ valutazzjoni favorevoli tar-riskju, Spanja għandha għaldaqstant titħalla tuża annimali bovini f’riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom sakemm jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet.

(5) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Permezz ta’ deroga mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, Spanja tista’ tuża l-annimali bovini msemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-punt 1(a) tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2. Spanja għandha tiżgura li l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1:

2.

(a) ikunu traċċabbli b’mod permanenti fil-bażi tad-dejta elettronika stipulata fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b) jiġu mċaqalqa biss mill-azjenda taħt sorveljanza uffiċjali u għal skopijiet ta’ qerda;

(c) ma jintbagħtux fi Stati Membri oħra jew ma jiġux esportati lejn pajjiżi terzi.

3. Spanja għandha twettaq kontrolli regolari biex tivverifika l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013. Għall-Kummissjoni Tonio Borg Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2013-03-15