Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-UE u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

In forceVersion 2013-12-17from 2013-12-03
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/1397@2013-12-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Eżawriment tal-Kwota
  3. Artikolu 2 Projbizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut li huma soġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali, jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2) Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2013.

(3) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Eżawriment tal-Kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2013 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2 Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Lowri Evans Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

ANNEX

ANNESS

Nru 80/TQ40 Stat Membru Ir-Renju Unit Stokk HER/4AB. Speċi Aringa (Clupea harengus) Żona L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N Data 3.12.2013

Versions

  1. 2013-12-17