Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 218/2013 tat-8 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cabrito Transmontano (DPO)]
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/218@2013-03-08/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.
(2) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Portugall għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini Cabrito Transmontano, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/1996.
(3) Ladarba l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament(KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha tiġi approvata,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-emenda għall-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2013. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Dacian Cioloș Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.1. Laħam frisk u l-ġewwieni
Klassi 1.1. IL-PORTUGALL
Cabrito Transmontano (DPO)