Gelex

Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

In forceVersion 2013-05-13from 2013-07-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/22@2013-05-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2
  3. ANNEX
  4. PARTI A 1.2.3.4.5. IT-TRASPORT BIT-TRIQ
  5. —
  6. (a)
  7. (b)
  8. PARTI B 1.2. TRASPORT FUQ ILMIJIET INTERNI NAVIGABBLI
  9. (a)
  10. Ir-Repubblika tal-Kroazja
  11. (c)
  12. pt_2 Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Taħt l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kinux previsti f'dak l-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni.

(2) L-Att Finali tal-Konferenza li kienet fasslet u adottat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex jitqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3) Id-Direttivi 91/672/KEE, 92/106/KEE, 1999/37/KE, 1999/62/KE, 2003/59/KE, 2006/87/KE u 2006/126/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Id-Direttivi 91/672/KEE, 92/106/KEE, 1999/37/KE, 1999/62/KE, 2003/59/KE, 2006/87/KE u 2006/126/KE huma b'dan emendati kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3 Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ suġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ ta', it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Artikolu 4 Id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013. Għall-Kunsill Il-President S. Coveney

ANNEX

ANNESS

PARTI A 1.2.3.4.5. IT-TRASPORT BIT-TRIQ

Fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/106/KEE jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza: Id-Direttiva 1999/37/KE tinbidel kif ġej: Fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 1999/62/KE jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza: Il-punt 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2003/59/KE jinbidel kif ġej: Il-punt 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE jinbidel kif ġej:

1. IT-TRASPORT BIT-TRIQ

—

Il-Kroazja: godišnja naknada za uporabu javnih cesta koja se plaća pri registraciji motornih i priključnih vozila;

1.2. IT-TRASPORT BIT-TRIQ

(a) l-Anness I jinbidel kif li ġej:

(a)

(i) fit-tieni inċiż tal-punt II.4 jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza: HR Kroazja;

(ii) fil-punt III.1.A(b), jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza: HR Kroazja;

(b) l-Anness II jinbidel kif li ġej:

(b)

(i) fit-tieni inċiż tal-punt II.4 jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza: HR Kroazja;

(ii) fil-punt III.1.A(b) jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza: HR Kroazja.

1.2.3. IT-TRASPORT BIT-TRIQ

—

Kroazja: godišnja naknada za uporabu javnih cesta koja se plaća pri registraciji motornih I priključnih vozila,.

1.2.3.4. IT-TRASPORT BIT-TRIQ

(a) fil-punt (c), taħt il-kliem Naħa 1 ikollha fiha, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza: HR Kroazja;

(b) fil-punt (e), taħt il-kliem Naħa 1 ikollha fiha, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata cárta cáilíochta tiomána: kvalifikacijska kartica vozača;

(c) fil-punt (b), taħt il-kliem Naħa 2 ikollha fiha, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: Jekk xi Stat Membru jixtieq jifformula dawk l-entrati f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-karta billi juża waħda minn dawn il-lingwi msemmija, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan l-Anness.

1.2.3.4.5. IT-TRASPORT BIT-TRIQ

(a) fil-punt (c), taħt il-kliem Il-paġna 1 għandha jkollha, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza: HR Kroazja;

(b) fil-punt (e), taħt il-kliem Il-paġna 1 għandha jkollha, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata Ceadúas Tiomána: Vozačka dozvola;

(c) fil-punt (b), taħt il-kliem Il-paġna 2 għandha jkollha, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: Jekk xi Stat Membru jixtieq jifformula l-entrati f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Isvediż, dan ifassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda minn dawn il-lingwi msemmija, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan l-Anness..

PARTI B 1.2. TRASPORT FUQ ILMIJIET INTERNI NAVIGABBLI

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/672/KEE jiżdied dan li ġej taħt l-intestatura GRUPP B: Repubblika tal-Kroazja: Id-Direttiva 2006/87/KE tinbidel kif ġej:

Svjedodžba o stručnoj osposobljenosti/Befähigungszeugnis Zapovjednik - vrsta A/Schiffsführer – Klasse A (Ċertifikat ta' kwalifika professjonali – Barklor tat-tip A)

Svjedodžba o stručnoj osposobljenosti/Befähigungszeugnis Zapovjednik - vrsta B/Schiffsführer – Klasse B (Ċertifikat ta' kwalifika professjonali – Barklor tat-tip B) (f'konformità mal-Ordinanza dwar it-titoli u l-kwalifiki professjonali tal-Barklori, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 73/09).

(a) l-Anness I jinbidel kif ġej:

(a)

(i) fil-Kapitolu 2, iż-Żona 3, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għar-Repubblika Franċiża:

(i)

Ir-Repubblika tal-Kroazja

Id-Danubju: minn 1295 km + 500 m sa rkm 1433 Xmara Drava: minn 0 km sa 198 km + 600 m Xmara Sava: minn 211 km sa 594 km Xmara Kupa:minn 0 km sa 5 km + 900 m Xmara Una: minn 0 km sa 15 km;

(ii) fil-Kapitolu 3, iż-Żona 4, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għar-Repubblika Franċiża:

(ii)

Ir-Repubblika tal-Kroazja

Il-passaġġi fuq l-ilma l-oħrajn kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona 3;

(b) fil-Parti IV tal-Appendiċi VI tal-Anness II jiddaħħal dan li ġej fil-lista taħt it-Taqsima 1 tal-punt 1 wara l-entrata għall-Irlanda: 25 għall-Kroazja;

(c) l-Anness IX jinbidel kif ġej:

(c)

(i) fl-Artikolu 7(2) tal-Parti I, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għall-Irlanda: 25 Kroazja;

(ii) fl-Artikolu 1.06(2) tal-Parti II, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għall-Irlanda: 25 Kroazja;

(iii) il-Parti V tinbidel kif ġej:

it-tabella taħt il-punt 1 tinbidel b'din li ġejja: Pajjiż Isem Indirizz Numru telefoniku Indirizz E-mail Belġju Bulgarija Danimarka Ġermanja Estonja Finlandja Franza Greċja Italja Irlanda Kroazja Latvja Litwanja Lussemburgu Malta Pajjiżi l-Baxxi Awstrija Polonja Portugall Rumanija Svezja Svizzera Spanja Slovakkja Slovenja Repubblika Ċeka Ungerija Renju Unit Ċipru Jekk ma hijiex indikata awtorità, ifisser li ebda awtorità kompetenti ma ġiet speċifikata mill-pajjiż rilevanti.;

fil-punt 4 jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għall-Irlanda:

(iii)

pt_2 Kroazja

Nru Isem Indirizz Numru telefoniku Indirizz E-mail Jekk ma hijiex speċifikata ditta approvata, ifisser li ebda approvazzjoni ngħatat għal ditti f'dan il-pajjiż..

Versions

  1. 2013-05-13