Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2013
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/234@2013-03-15/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,
Billi:
(1) Il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ekwivalenti għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1242/2012 jiffissa prezzijiet ta’ gwida għas-sena tas-sajd 2013 għall-prodotti kollha kkonċernati.
(3) Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.
(4) Il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeċijiet differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jinħattu l-art fl-Unjoni sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent prevista fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
(5) Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013.
(6) Il-miżuri li għalihom hemm provvediment f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mir-Regolament (KE) Nru 104/2000.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2013 għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi ta’ konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi ta’ konverżjoni ——(a)(b)(a)——(b)————
Forom ta’ preżentazzjoni kummerċjali: sħiħ, mhux imnaddaf prodott li ma jkun sarlu ebda trattament imnaddaf prodott li tal-anqas ikun tnaddaf f’tubu ġisem tal-klamar li tal-anqas ikun tnaddaf u tkun tneħħietlu r-ras Speċi Preżentazzjoni Fattur ta’ konverżjoni Livell tal-intervent Prezz tal-bejgħ (f’EUR għal kull tunnellata metrika) Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides) Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha 1,0 0,85 1678 Marlozz (Merluccius spp.) Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha 1,0 0,85 1080 Fi fletti individwali bil-ġilda 1,0 0,85 1286 bla ġilda 1,1 0,85 1415 Sparidae (Dentex dentex u Pagellus spp.) Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha 1,0 0,85 1242 Pixxispad (Xiphias gladius) Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha 1,0 0,85 3483 Gambli u gambli kbar Penaeidae Iffriżat Parapenaeus longirostris 1,0 0,85 3460 Penaeidae oħrajn 1,0 0,85 6641 Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti) Iffriżat 1,0 0,85 1702 Klamari (Loligo spp.) Loligo patagonica sħiħ, mhux imnaddaf 1,00 0,85 1023 imnaddaf 1,20 0,85 1227 Loligo vulgaris sħiħ, mhux imnaddaf 2,50 0,85 2556 imnaddaf 2,90 0,85 2965 Qarnit (Octopus spp.) Iffriżat 1,00 0,85 1949 Illex argentinus sħiħ, mhux imnaddaf 1,00 0,80 709 tubu 1,70 0,80 1205