Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2013-03-19from 2013-03-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/246@2013-03-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS 1.
  4. 12.7.2.12.7.2.1.12.7.2.2.12.7.2.3.
  5. ANNESS 1.2.
  6. (a)4.1.2.2.
  7. 4.1.3.4.1.3.1.4.1.3.2.4.1.3.3.
  8. 4.1.3.4.1.3.1.
  9. 4.1.3.4.1.3.1.4.1.3.2.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu.

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stipulati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, kif emendat, jistipula metodi, inklużi teknoloġiji għall-individwazzjoni ta’ splussivi likwidi, biex likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs) ikunu jistgħu jiddaħħlu f’żoni ristretti ta’ sigurtà u jittellgħu abbord l-inġenji tal-ajru.

(3) Il-Kumissjoni tista’ tagħmel proposti għar-reviżjoni, partikolarment billi jitqiesu l-operabbiltà tat-tagħmir u l-faċilitazzjoni tal-passiġġieri u fid-dawl tar-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-iskrinjar ta’ sigurtà tal-likwidi, l-aerosols u l-ġellijiet fl-ajrurporti tal-UE. Il-Kummissjoni tqis bħala xieraq li jiddaħħal l-iskrinjar obbligatorju għall-isplussivi likwidi fir-rigward tal-bejgħ mill-ajruporti u t-trasportaturi bl-ajru ta’ LAGs issiġillati f’boroż tas-sigurtà li juru kull tbagħbis (STEBs), kif ukoll ta’ LAGs li għandhom jintużaw matul il-vjaġġ għal raġunijiet mediċi inkella bħala rekwiżit speċjali tad-dieta, inkluż l-ikel tat-trabi.

(4) Il-Kummissjoni hija impenjata li telimina bis-sħiħ ir-restrizzjonijiet fuq il-ġarr ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet. Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-iskrinjar minn Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tanalizza s-sitwazzjoni sa tmiem l-2014 u tiddefinixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet kollha kkonċernati, il-pass jew il-passi li jmiss biex jintlaħaq dan l-għan, jekk possibbli matul is-sentejn li jmiss wara l-ewwel pass.

(5) Il-Kummissjoni għandha ssegwi mill-qrib l-iżvilupp teknoloġiku tas-sistemi għall-individwazzjoni ta’ splussivi likwidi bl-għan li possibbilment tippermetti lill-ajruporti jintroduċu, fil-futur, sistemi ta’ skrinjar li jkunu kapaċi jindirizzaw aktar theddid (bħal splussivi likwidi u solidi) b’mod effiċjenti fl-istess ħin u jissimplifikaw proċeduri ta’ ħruġ ta’ oġġetti mill-bagalji.

(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Sat-30 ta’ Ġunju 2013, l-ajruporti jew l-entità responsabbli għall-iskrinjar għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet xierqa dwar l-istat tal-implimentazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw l-introduzzjoni u l-użu tat-tagħmir ta’ skrinjar tal-likwidi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru 2013.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Punt 2 tal-Anness għandu japplika mill-31 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS 1.2. L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej: B’effett mill-31 ta’ Jannar 2014, l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

ANNESS 1.

(a) Fil-Kapitolu 4, għandu jiżdied il-punt (c) li ġej mal-punt 4.0.4:

(a)

(c) tagħmir ta’ sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi likwidi (LEDS) huwa tagħmir li kapaċi jindividwa materjali ta’ theddid li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 12.7 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774.

(b) Fil-Kapitolu 4, il-punt 4.1.3.4(g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(b)

(g) inkiseb f’ajruport li jinsab f’pajjiż terz elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-D, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun issiġillat f’borża tas-sigurtà li turi kull tbagħbis (STEB) li fiha tintwera prova sodisfaċenti li nxtara f’żona tal-ajru f’dak l-ajruport fl-aħħar 36 siegħa. L-eżenzjonijiet previsti f’dan il-punt jistgħu jintużaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Jannar 2014.

(c) Fil-Kapitolu 4, jitħassru l-punt 4.1.3.1 u l-punt 4.1.3.2.

(d)12.7.1.1. Fil-Kapitolu 12, il-punt 12.7.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej: Tagħmir ta’ LEDS għandu jkunu kapaċi jindividwa u jindika, permezz ta’ allarm, kwantitajiet individwali speċifiċi jew ogħla ta’ materjali ta’ theddida fl-LAGs.

(e) Fil-Kapitolu 12, il-punt 12.7.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(e)

12.7.2.12.7.2.1.12.7.2.2.12.7.2.3.

Standards għal tagħmir ta’ Sistemi għall-Individwazzjoni tal-Isplussivi Likwidi (LEDS) Għandu jkun hemm tliet standards għat-tagħmir ta’ LEDS. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata. It-tagħmir ta’ LEDS kollu għandu jissodisfa l-istandard 1. It-tagħmir ta’ LEDS li jissodisfa l-istandard 1 jista’ jintuża sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Jannar 2016. L-istandard 2 għandu japplika għat-tagħmir kollu ta’ LEDS installat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. It-tagħmir kollu ta’ LEDS għandu jissodisfa l-istandard 2, b’mod effettiv, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2016.

ANNESS 1.2.

(a)4.1.2.2. Fil-Kapitolu 4, il-punt 4.1.2.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: L-entità xierqa fl-ajruporti kollha għandhom jiskrinjaw, mad-dħul fl-SRA, mill-inqas l-LAGs miksuba f’ajruport jew abbord inġenju tal-ajru li jkunu ssiġillati f’STEB li fiha tintwera prova sodisfaċenti li nxtraw f’żona tal-ajru f’dak l-ajruport jew abbord inġenju tal-ajru, kif ukoll LAGs li se jintużaw waqt il-vjaġġ għal raġunijiet mediċi inkella bħala rekwiżit speċjali tad-dieta, inkluż l-ikel tat-trabi. Qabel l-iskrinjar, l-LAGs għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b’mod separat minn oġġetti oħra tal-bagalji tal-kabina, sakemm it-tagħmir li jkun qiegħed jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina ma jkunx jista’ jiskrinja wkoll kontenituri magħluqin multipli tal-LAGs li jkun hemm fil-bagalji. Meta l-LAGs ikunu tneħħew mill-bagalji tal-kabina, il-passiġġier għandu jippreżenta:

(a)4.1.2.2.

(a) l-LAGs kollha f’kontenituri individwali b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f’borża waħda tal-plastik trasparenti li tista’ tiġi ssiġillata mill-ġdid b’kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; kif ukoll

(b) l-LAGs l-oħra kollha, inklużi STEBs li jinkludu LAGs. L-awtoritajiet xierqa, il-linji tal-ajru u l-ajruporti għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa lill-passiġġieri fir-rigward tal-iskrinjar tal-LAGs fl-ajruporti tagħhom.

(b) Fil-Kapitolu 4, il-punt 4.1.3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(b)

4.1.3.4.1.3.1.4.1.3.2.4.1.3.3.

Skrinjar ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs) LAGs li jinġarru minn passiġġieri jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar b’tagħmir ta’ LEDS mad-dħul fl-SRA: L-STEBs apposta msemmija taħt il-punti b) sa d) tal-punt 4.1.3.1 għandhom: L-iskrinjar tal-LAGs għandu wkoll ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

4.1.3.4.1.3.1.

(a) jekk l-LAG ikun jinsab f’kontenituri individwali b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f’borża tal-plastik trasparenti li tista’ tiġi ssiġillata mill-ġdid b’kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; jew

(b) jekk l-LAG jiġi ssiġillat f’STEB apposta malli jinxtara fiż-żona tal-ajru ta’ dak l-ajruport;

(c) jekk l-LAG f’STEB joriġina minn ajruport ieħor tal-UE jew inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-UE u jiġi ssiġillat mill-ġdid f’STEB apposta qabel joħroġ miż-żona ristretta tas-sigurtà tal-ajruport;

(d) jekk l-LAG jiġi skrinjat f’dak l-ajruport b’tagħmir ta’ LEDs fiż-żona tal-ajru u mbagħad jiġi ssiġillat f’STEB apposta. L-eżenzjonijiet imsemmija taħt il-punti c) u d) għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2015.

4.1.3.4.1.3.1.4.1.3.2.

(a) ikunu identifikabbli b’mod ċar bħala STEB ta’ dak l-ajruport;

(b) juru fihom prova ta’ akkwist jew siġillar mill-ġdid f’dak l-ajruport matul it-tliet sigħat ta’ qabel;

(c) ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

(c) Id-Dokument Mehmuż 4-D għandu jitħassar.

Versions

  1. 2013-03-19