Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/308/PESK tal-24 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

In forceVersion 2013-06-24from 2013-06-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/308@2013-06-24/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. Artikolu 8

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

(2) Il-Kunsill iqis li sabiex jiġi ffaċilitat id-djalogu politiku, il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq is-Sur Uladzimir Uladzimiravich Makei skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi sospiża waqt li jżomm il-kariga ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Bjelorussja. Is-sospensjoni għandha tkun soġġetta għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3) Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Artikolu 8 tad-Deċizjoni Nru 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 1

Artikolu 8

1. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(1), safejn dawn japplikaw għas-Sur Uladzimir Uladzimiravich Makei, għandhom jiġu sospiżi waqt li jżomm il-kariga ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Bjelorussja.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2013. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2013. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton

Versions

  1. 2013-06-24