Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta’ April 2013 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/318@2013-04-08/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 577/98, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi tal-programm ta’ moduli ad hoc li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018.
(2) L-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva ewlenija tagħha Żgħażagħ Attivi jeħtieġu aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 dwar l-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ tħeġġeġ l-azzjoni f’livell Ewropew f’bosta oqsma ta’ prijorità relatati mal-kisba tal-ewwel impjieg.
(3) Abbażi tal-Komunikazzjoni Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 dwar Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi, inkluża fil-Pakkett dwar l-Impjiegi, tħeġġeġ il-ħolqien tal-impjiegi speċifikament permezz tal-promozzjoni u l-appoġġ tal-impjiegi indipendenti.
(4) L-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 tinkludi miżuri għar-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja bħala strumenti għall-kisba ta’ indipendenza ekonomika ugwali kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel.
(5) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-programm ta’ moduli ad hoc għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL Programm pluriennali ta’ moduli ad hoc
1. ŻGĦAŻAGĦ FIS-SUQ TAX-XOGĦOL Lista ta’ varjabbli għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2014. Perjodu ta’ referenza 2016. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena. L-Istati Membri u r-reġjuni interessati Kollha. Kampjun il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008, jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni dwar moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar il-varjabbli strutturali. Trażmissjoni tar-riżultati qabel il-31 ta’ Marzu 2017.
2. IMPJIEG INDIPENDENTI Lista ta’ varjabbli għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2015. Perjodu ta’ referenza 2017. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena. L-Istati Membri u r-reġjuni interessati Kollha. Kampjun il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008, jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni dwar moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar il-varjabbli strutturali. Trażmissjoni tar-riżultati qabel il-31 ta’ Marzu 2018.
3. RIKONĊILJAZZJONI BEJN IX-XOGĦOL U L-ĦAJJA TAL-FAMILJA Lista ta’ varjabbli għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2016. Perjodu ta’ referenza 2018. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena. L-Istati Membri u r-reġjuni interessati Kollha. Kampjun il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008, jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni dwar moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar il-varjabbli strutturali. Trażmissjoni tar-riżultati qabel il-31 ta’ Marzu 2019.