Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Lulju 2013 li taħtar il-membri Kroati tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2013/343/UE)

In forceVersion 2013-07-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/343@2013-07-01/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015.

(2) Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jitkabbar bil-ħatra ta' disa' membri li għandhom jintgħażlu minn fost rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, tal-ħaddiema u ta' partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b'mod speċjali, l-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturi bħala membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sal-20 ta' Settembru 2015:

Is-Sur Davor MAJETIĆ, Director General HUP (Croatian Employers Association)

Is-Sinjura Dragica MARTINOVIĆ DŽAMONJA, Director, Representative Office in Brussels,Croatian Chamber of Economy

Is-Sinjura Violeta JELIĆ, General Secretary of the Croatian Chamber of Trades and Crafts

Is-Sinjura Marija HANŽEVAČKI, General Secretary, Independent Trade Unions of Croatia

Is-Sinjura Anica MILIĆEVIĆ-PEZELJ, Executive Secretary, UATUC (Union of Autonomous Trade Unions of Croatia)

Is-Sur Vilim RIBIĆ, President of the Great Council of Independent Union of Research and Higher Education Employees of Croatia

Is-Sinjura Lidija PAVIĆ-ROGOŠIĆ, Director, ODRAZ – Sustainable Community Development

Is-Sinjura Marina ŠKRABALO, Senior advisor, GONG (Citizens Supervising Voting in an organized manner)

Is-Sur Toni VIDAN, Coordinator of the Energy and Climate programme of Zelena akcija/ FoE Croatia.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2013. Għall-Kunsill Il-President L. Linkevičius

Versions

  1. 2013-07-01