Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2013 li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Kroazja għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (notifikata bid-dokument C(2013) 3988) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/346/UE)

In forceVersion 2013-06-28from 2013-07-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/346@2013-06-28/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi, u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/158/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni pjan li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li biħsiebhom jimplimentaw sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ dawk il-prodotti bażiċi.

(2) Fid-dawl tas-sbuħija tagħha mal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Kroazja ppreżentat il-pjan tagħha lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/158/KE. Dak il-pjan, kif emendat wara s-suġġerimenti magħmula mill-Kummissjoni matul l-eżami tiegħu, jissodisfa l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2009/158/KE u jippermetti l-kisba tal-għanijiet ta’ dik id-Direttiva, soġġetti għal implimentazzjoni effettiva u aġġornament regolari mill-Kroazja. Għalhekk, dan għandu jkun approvat.

(3) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Huwa approvat il-pjan li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li jridu jiġu implimentati sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis previsti fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva, ippreżentat mill-Kroazja lill-Kummissjoni fid-19 ta’ April 2013.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013. Għall-Kummissjoni Tonio Borg Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2013-06-28