Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/364/PESK tat-8 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/364@2013-07-08/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fl-14 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/330/PESK li estendiet il-missjoni EUJUST LEX IRAQ sat-30 ta' Ġunju 2012.
(2) Fl-10 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/372/PESK li estendiet il-missjoni EUJUST LEX IRAQ għal 18-il xahar sal-31 ta' Diċembru 2013.
(3) L-ammont ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sat-30 ta' Ġunju 2013. Huwa meħtieġ ammont ġdid ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatat mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013.
(4) Il-missjoni EUJUST LEX-IRAQ ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.
(5) Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2010/330/PESK:
Artikolu 1
2b. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 15400000..
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013. Għall-Kunsill Il-President L. Linkevičius