Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2013 li taħtar żewġ membri Finlandiżi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2013/389/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/389@2013-07-15/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Finlandiż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill- 21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015.
(2) Is-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew saru vakanti wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Leila KURKI u s-Sinjura Marja-Liisa PELTOLA,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Is-Sur Timo VUORI, Chief Executive, ICC Finland u s-Sinjura Marianne MUONA, Director of FinUnions, huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għal bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2015.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013. Għall-Kunsill Il-President V. Jukna