Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/443/UE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni marbuta mal-influwenza avjarja b’patogeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2013) 5904) (It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/453/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/453@2013-09-11/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) Wara n-notifka mingħand l-Italja dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 f’azjenda fil-komun ta’ Ostellato, fil-provinċja ta’ Ferrara fir-reġjun tal-Emilia-Romagna fil-15 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/439/UE, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għal żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza li jridu jiġu stabbiliti madwar il-post tat-tifqigħa.
(2) Minħabba t-tieni tifqigħa tal-marda fil-komun ta’ Mordano fil-provinċja ta’ Bologna fir-reġjun tal-Emilia-Romagna, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/443/EU li adattat il-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u stabbiliet żoni ristretti oħra. Dawn iż-żoni ġew definiti fil-Partijiet A, B u C tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. L-okkorrenza ta’ aktar tifqigħat ta’ mard tagħmilha neċessarja li jiġu adattati ż-żoni taħt restrizzjoniji kif definit mill-Partijiet A, B u C tal-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/443/UE.
(3) L-Anness mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/443/UE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(4) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/443/UE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2013. Għall-Kummissjoni Tonio Borg Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS
IL-PARTI A
Iż-żoni ta’ protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1: ISO Kodiċi tal-pajjiż Stat Membru Kodiċi postali Isem Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE IT L-Italja Żona li tinkludi l-muniċipalitajiet ta’: 44020 Ostellato 17.9.2013 44015 Portomaggiore 40027 Mordano 29.9.2013 48010 Bagnara di Romagna 40026 Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Imola li jinsab fil-lvant tat-triq statali 610 u fit-tramuntana tat-triq statali 9 Via Emilia. 48027 Parti mit-territorju tal-komun ta’ Solarolo li jinsab fit-tramuntana tal-konnessjoni mal-awtostrada A14 lejn Ravenna. 44012 Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Bondeno li jinsab fin-nofsinhar tat-triq statali 496 u fil-punent tax-xmara Panaro. 26.9.2013 41034 Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Finale Emilia li jinsab fit-tramuntana tat-triq statali 468, fil-lvant tat-triq provinċjali 9 u fil-punent tax-xmara Panaro.
IL-PARTI B
Iż-żoni ta’ sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1: ISO Kodiċi tal-pajjiż Stat Membru Kodiċi postali Isem Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE IT L-Italja Żona li tinkludi l-muniċipalitajiet ta’: 44011 Argenta 26.9.2013 44022 Comacchio 44020 Masi Torello 44027 Migliarino 44020 Migliaro 44020 Ostellato 44015 Portomaggiore 44039 Tresigallo 44123 Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Ferrara li jinsab fil-lvant tat-triq statali 15 Via Pomposa u t-triq provinċjali Via Ponte Assa. 48010 Bagnara di Romagna 8.10.2013 48014 Castelbolognese 40023 Castelguelfo 48017 Conselice 48010 Cotignola 48018 Faenza 40026 Imola 48022 Lugo 48024 Massalombarda 40059 Medicina 40027 Mordano 48020 Sant’Agata sul Santerno 48027 Solarolo 44012 Bondeno 5.10.2013 41034 Finale Emilia 44043 Mirabello 44047 Sant’Agostino 44042 Cento 40014 Parti mit-territorju tal-muniċpalità ta’ Crevalcore li jinsab fit-tramuntana ta’ via Provanone u fil-lvant tat-triq provinċjali 9 via Provane. 41037 Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Mirandola li jinsab fil-lvant tal-linji tal-ferrovija Modena-Verona. 41038 Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ San Felice sul Panaro li jinsab fil-lvant tal-linji tal-ferrovija Modena – Verona. 46028 Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Sermide li jinsab fin-nofsinhar tat-triq provinċjali 35 via Pole u fil-punent tat-triq proviċnjali 37. 46022 Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Felonical li jinsab fin-nofsinhar tat-triq provinċjali 35 via Pole.
PARTI C
Iż-żoni aktar ristretti kif jissemma fl-Artikolu 1: ISO Kodiċi tal-pajjiż Stat Membru Kodiċi postali Isem Id-data sa meta applikabbli l-miżuri IT L-Italja Żona li tinkludi l-muniċipalitajiet ta’: 48011 Alfonsine 24.9.2013 29002 Ariano nel Polesine 39002 Bagnacavallo 38002 Berra 40003 Bertinoro 39004 Brisighella 39005 Casola Valsenio 40005 Castrocaro Terme e Terra del Sole 39007 Cervia 40007 Cesena 40008 Cesenatico 38005 Codigoro 29017 Corbola 40011 Dovadola 40013 Forlimpopoli 40012 Forlì 39011 Fusignano 40015 Gambettola 40016 Gatteo 38025 Goro 38010 Jolanda di Savoia 38011 Lagosanto 40018 Longiano 38013 Massa Fiscaglia 40019 Meldola 38014 Mesola 40022 Modigliana 29034 Papozze 29039 Porto Tolle 29052 Porto Viro 40032 Predappio 39014 Ravenna 39015 Riolo Terme 39016 Russi 40041 San Mauro Pascoli 40045 Savignano sul Rubicone 29046 Taglio di Po