Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2013 li taħtar Imħallef għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (2013/457/UE)

In forceVersion 2013-09-16from 2013-09-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/457@2013-09-16/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 257 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-paragrafu 1 tal-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikoli 2 u 3(1) tal-Anness I għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u wara r-riżenja b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2013 tas-Sinjura Irena BORUTA, għandu jinħatar imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku) għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2019.

(2) Saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet.

(3) Il-Kumitat previst permezz tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I għall-Protokoll Nru 3 ltaqa’ fl-4 u l-5 ta’ Ġunju u fit-2 u t-3 ta’ Lulju 2013. Fi tmiem id-diskussjonijiet tiegħu, hu ta l-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tal-kandidati biex jeżerċitaw id-dmirijiet ta’ Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u ma’ din l-opinjoni hemeż lista ta’ kandidati li għandhom l-esperjenza tal-ogħla livell l-aktar adatta.

(4) Għaldaqstant huwa adatt li tinħatar waħda mill-persuni inklużi f’dik il-lista bħala Mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2019, filwaqt li tiġi żgurata kompożizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi ġuridiċi nazzjonali rappreżentati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-Sur Jesper SVENNINGSEN huwa b’dan maħtur Imħallef għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2019.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013. Għall-Kunsill Il-President L. Linkevičius

Versions

  1. 2013-09-16